LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/09 p. 2
  • “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Materjal Simili
  • Daħla
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Ittra mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • “L-Imħabba t’Alla Tfisser Dan”
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • L-imħabba t’Alla ma tispiċċa qatt
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2009
km 1/09 p. 2

“Żommu Ruħkom fl-​Imħabba t’Alla”

1. Għal liema skop ġie pubblikat il-​ktieb “Żommu Ruħkom fl-​Imħabba t’Alla”?

1 Kemm qed inħarsu ’l quddiem bil-​ħerqa biex nistudjaw il-​ktieb il-​ġdid “Żommu Ruħkom fl-​Imħabba t’Alla” fl-​Istudju tal-​Bibbja tal-​Kongregazzjoni li se jibda fil-​ġimgħa tat-​23 taʼ Frar! L-​ittra li l-​Ġemgħa li Tiggverna indirizzat lil kulmin iħobb lil Ġeħova kkonkludiet b’dan il-​kliem: “Nittamaw sinċerament li din il-​pubblikazzjoni se tgħinek tkompli tapplika l-​verità f’ħajtek u b’hekk iżżomm ruħek ‘fl-​imħabba t’Alla . . . bil-​ħajja taʼ dejjem quddiem għajnejk.’—Ġuda 21.”

2. F’liema aspetti taʼ ħajjitna se jgħinna l-​ktieb il-​ġdid?

2 Dak li Għandna Nistennew: Kif japplikaw il-​prinċipji Bibliċi f’aspetti bħas-​sħubija, id-​divertiment, ir-​rispett lejn l-​awtorità, id-​drawwiet persunali, iż-​żwieġ, id-​diskors, u l-​użanzi tal-​lokal? Il-​kuxjenza tagħna se tiġi msawra fi qbil mal-​livelli għoljin tas-​sewwa li nsibuhom fil-​Kelma t’Alla. (Salm 19:7, 8) Hekk kif tikber il-​fehma tagħna dwar il-​mod kif jaħseb Ġeħova, se jkollna xewqa akbar biex nogħġbuh u dan se jqanqalna biex nobdu f’kull aspett taʼ ħajjitna.—Prov. 27:11; 1 Ġw. 5:3.

3. Għala għandna nagħmlu kulma nistgħu biex nipparteċipaw fil-​lezzjoni taʼ kull ġimgħa?

3 Kun Determinat li Tipparteċipa: Hekk kif tipprepara, agħmilha l-​mira tiegħek li tfaħħar lil Alla fost il-​poplu miġbur tiegħu. (Ebr. 13:15) Il-​kongregazzjoni kollha se tikkunsidra din il-​pubblikazzjoni ġdida għall-​istudju flimkien. Ladarba se jkollna inqas materjal x’nikkunsidraw kull ġimgħa, se nkunu nistgħu nippreparaw bir-​reqqa u dan jagħmilna kunfidenti biex naqsmu dak li tgħallimna. Il-​kummenti qosra tagħna preparati sew se jqanqlu lil oħrajn għall-​imħabba u l-​għemejjel tajbin u se jikkontribwixxu għal diskussjoni ħajja u informattiva tal-​materjal. (Ebr. 10:24) Ukoll, il-​ferħ tagħna se jkun sħiħ hekk kif individwalment nesprimu l-​fidi tagħna.

4. Għala hu vitali li nibqgħu nosservaw il-​kmandamenti taʼ Ġeħova?

4 Fl-​aħħar lejl tiegħu fuq l-​art bħala bniedem, Ġesù għamel konnessjoni bejn li tosserva l-​kmandamenti taʼ Ġeħova u li tibqaʼ fl-​imħabba t’Alla. (Ġw. 15:10) Bl-​għajnuna tal-​ktieb “Fl-​Imħabba t’Alla,” aħna se nkunu iktar deċiżi biex napplikaw il-​prinċipji tal-​Bibbja fil-​ħajja taʼ kuljum u biex ‘inżommu ruħna fl-​imħabba t’Alla.’—Ġuda 21.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja