X’Nistgħu Ngħidu Dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa April-Ġunju
“Taħseb li Alla jismaʼ t-talb kollu? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’qal Ġesù dwar dan. [Aqra Mattew 6:7.] Dan l-artiklu interessanti jagħti t-tweġiba tal-Bibbja għal erbaʼ mistoqsijiet komuni dwar it-talb.” Uri l-artiklu li jibda f’paġna 16.
Stenbaħ! April-Ġunju
“Meta jiffaċċjaw xi problema, ħafna nies iħossu li qed jiġu kastigati minn Alla. Ġieli ħassejtek hekk? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Ġakbu 1:13.] Dan l-artiklu jispjega s-sors veru tal-problemi tagħna u għala nistgħu nkunu fiduċjużi li l-inkwiet tagħna dalwaqt se jispiċċa.” Uri l-artiklu li jibda f’paġna 28.