LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/09 p. 3
  • Faħħar lil Ġeħova Kuljum

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Faħħar lil Ġeħova Kuljum
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Materjal Simili
  • Faħħru lil Ġeħova, Alla Tagħna!
    Għannu lil Ġeħova
  • Faħħru lil Ġeħova Alla tagħna!
    Kanta mill-qalb lil Ġeħova
  • Żgħażagħ, Faħħru lil Ġeħova!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Maqtugħin Apparti Biex Nagħtu Tifħir mad-Dinja Kollha
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2009
km 7/09 p. 3

Faħħar lil Ġeħova Kuljum

1. Il-​qaddejja t’Alla x’inhuma motivati jagħmlu, u għala?

1 Is-​Sultan David esprima d-​determinazzjoni tiegħu biex ifaħħar lil Ġeħova “l-​jum kollu,” saħansitra għal żmien indefinit. (Salm 145:2, 7, 21) Aħna wkoll għandna raġuni tajba biex infaħħru lil Ġeħova kuljum.—Salm 37:10; 145:14, 18; 2 Pt. 3:13.

2. Il-​familji kif jistgħu jfaħħru lil Ġeħova kuljum?

2 F’Darna: Għandna disponibbli materjal stampat li jibni għal diskussjonijiet spiritwali siewja meta nikkunsidraw it-​test tal-​jum, meta ngawdu l-​Qima tal-​Familja, u meta nippreparaw għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni. Ħafna familji jiħduha drawwa li jkunu flimkien għallinqas għal ikla waħda kuljum. Dan jippermetti li jkun hemm konversazzjonijiet rilassati u mingħajr għaġla kif ukoll jagħti opportunitajiet biex Ġeħova jiġi mfaħħar. Diskussjonijiet informali bħal dawn li jinbdew mill-​ġenituri jistgħu jkunu għajnuna importanti biex irabbu lil uliedhom “fid-​dixxiplina u l-​gwida mentali taʼ Ġeħova.”—Efes. 6:4; Dt. 6:5-7.

3. Liema opportunitajiet għandna meta nkunu maʼ ħutna?

3 Maʼ Ħutna: Meta nkunu fis-​servizz tal-​għalqa jew fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, għandna opportunitajiet eċċellenti biex infaħħru lil Ġeħova flimkien maʼ sħabna fit-​twemmin. (Prov. 15:30; Flp. 4:8; Ebr. 13:15) Ladarba lkoll inħobbu lil Ġeħova, għandu jkun faċli li ninkludu espressjonijiet sinċieri t’apprezzament għat-​tjubija taʼ Ġeħova meta nkunu qed inkellmu lil xulxin.—Salm 106:1.

4. F’liema ċirkustanzi tistaʼ tfaħħar lil Ġeħova?

4 Meta Nkellmu lil Uħud Mhux tal-​Istess Twemmin: Għalkemm iċ-​ċirkustanzi forsi ma jħalluniex nieħdu sehem fil-​ministeru pubbliku kuljum, jekk inkellmu lil sħabna tax-​xogħol jew tal-​iskola, u lil oħrajn madwarna, anki għal ftit minuti, dwar Ġeħova u l-​iskopijiet tiegħu nistgħu nnaqqxu tama f’nies taʼ qalb onesta. (Salm 27:14; 1 Pt. 3:15) Waqt li kienet qed tivvjaġġa bl-​ajruplan, waħda oħt irnexxielha tagħti xhieda lil passiġġiera oħra li tant ħassitha mfarrġa u inkuraġġita minn dak li semgħet li tat l-​indirizz u n-​numru tat-​telefon tagħha lill-​oħt sabiex ikunu jistgħu jibqgħu f’kuntatt. Hekk kif id-​dinja għaddejja minn inkwiet li dejjem qed jiżdied u kundizzjonijiet li dejjem qed jeħżienu, il-​poplu taʼ Ġeħova jkompli jġib “aħbar tajba taʼ xi ħaġa aħjar” lil dawk li lesti jisimgħu. Dan jagħti tama lil oħrajn u jqanqalhom biex ifaħħru lil Ġeħova.—Is. 52:7; Rum. 15:11.

5. Għala hija x-​xewqa tagħna li nfaħħru lil Ġeħova, u dan x’jistaʼ jwettaq?

5 Min jaf kemm jieħu pjaċir Ġeħova jismaʼ lill-​qaddejja tiegħu jfaħħruh kuljum! Bħall-​ħolqien viżibbli taʼ Ġeħova li naraw madwarna, aħna wkoll nistgħu nfaħħruh kuljum f’darna, fil-​kongregazzjoni, u meta nkunu qed inkellmu lil oħrajn li s’issa għadhom ma ngħaqdux magħna f’li jfaħħru lil Ġeħova.—Salm 19:1-4.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja