LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/09 pp. 3-4
  • Ilqaʼ l-Isfida taʼ li Tagħti Xhieda lill-Irġiel

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ilqaʼ l-Isfida taʼ li Tagħti Xhieda lill-Irġiel
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Materjal Simili
  • Tistaʼ Tkun Ferħan F’dar Maqsuma
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Tistaʼ Tirsisti Biex Tgħin Sieħeb li Mhuwiex tal-Istess Twemmin?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Gwida Għaqlija għall-Miżżewġin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2009
km 8/09 pp. 3-4

Ilqaʼ l-​Isfida taʼ li Tagħti Xhieda lill-​Irġiel

1. Liema ħtieġa urġenti teżisti biex ikun hemm min jieħu ħsieb l-​interessi tas-​Saltna?

1 Hekk kif ix-​xogħol tas-​Saltna jkompli jiżdied f’dawn l-​aħħar jiem, hemm ħtieġa urġenti għal irġiel kwalifikati spiritwalment biex jieħdu t-​tmexxija. (Mk. 4:30-32; Atti 20:28; 1 Tim. 3:1-13) Madankollu, f’xi postijiet hemm inqas irġiel milli nisa li qed iħaddnu l-​messaġġ tas-​Saltna. F’xi kulturi, l-​irġiel iħossu li n-​nisa tagħhom għandhom ikunu responsabbli għall-​istruzzjoni reliġjuża taʼ wliedhom. Kif nistgħu ninkuraġġixxu iktar irġiel biex isiru konxji tal-​ħtieġa spiritwali tagħhom u jingħaqdu magħna fil-​qima vera?

2. L-​isforzi taʼ Pawlu u Pietru biex jagħtu xhieda lill-​irġiel kif ipproduċew riżultati tajbin?

2 Fittxu Għal Irġiel: Meta kap tal-​familja jaċċetta l-​verità, hu spiss jinfluwenza lil oħrajn fil-​familja biex jingħaqdu miegħu fil-​qima pura. Pereżempju, meta kienu fil-​ħabs minħabba l-​ippritkar tagħhom, Pawlu u Sila taw xhieda lil kalzrier. Ir-​raġel u n-​nies taʼ daru kollha kemm huma tgħammdu. (Atti 16:25-34) Minħabba l-​ippritkar taʼ Pawlu f’Korintu, “Krispu, l-​uffiċjal li jippresiedi fis-​sinagoga, emmen fil-​Mulej, hu u n-​nies kollha taʼ daru.” (Atti 18:8) Pietru ntuża minn Ġeħova biex jagħti xhieda lil Kornelju, uffiċjal tal-​armata deskritt bħala “raġel devot li kellu l-​biżaʼ t’Alla.” Kornelju, flimkien maʼ qrabatu u l-​ħbieb intimi tiegħu, tgħammed.—Atti 10:1-48.

3. Sabiex timitaw lil Filippu, lil min f’“pożizzjoni għolja” tistgħu tagħtuh xhieda?

3 L-​għoti taʼ xhieda lil irġiel li għandhom “pożizzjoni għolja” jistaʼ jkollu effetti tassew kbar. (1 Tim. 2:1, 2) Pereżempju, l-​anġlu taʼ Ġeħova qal lil Filippu biex ikellem lil “raġel fil-​poter” li kien fuq it-​teżori kollha tas-​sultana tal-​Etjopjani. Filippu semaʼ lir-​raġel “jaqra b’leħen għoli l-​profeta Isaija” u spjegalu l-​aħbar tajba dwar Ġesù. Dan l-​Etjopjan sar dixxiplu u x’aktarx li xerred l-​aħbar tajba hu u sejjer lejn art twelidu. Hu forsi wkoll ta xhieda lis-​sultana u lil dawk taʼ madwarha, persuni li altrimenti ftit kien ikollhom opportunitajiet biex jisimgħu l-​aħbar tajba.—Atti 8:26-39.

4. Kif nistgħu nagħtu iktar opportunitajiet lil irġiel biex jisimgħu l-​aħbar tajba?

4 Ikkuntattjaw Iktar Irġiel: Ladarba l-​irġiel spiss ikunu fuq ix-​xogħol matul il-​jum, tistgħu tirranġaw l-​iskeda tagħkom biex tqattgħu iktar ħin fil-​ministeru filgħaxijiet, fi tmiem il-​ġimgħa, jew fil-​btajjel? Il-​fatt li taħdmu regolarment fit-​territorju tan-​negozju se jagħtikom iżjed opportunitajiet biex tagħtu xhieda lill-​irġiel li rari jkunu d-​dar. L-​aħwa rġiel jistgħu jagħmlu wkoll sforz speċjali biex jagħtu xhieda informali lil sħabhom irġiel taʼ fuq ix-​xogħol. Fil-​ministeru minn dar għal dar, speċjalment f’territorju li jinħadem spiss, l-​aħwa rġiel jistgħu kultant jistaqsu biex jitkellmu mar-​raġel f’dik id-​dar.

5. Oħt kif għandha tittratta l-​kwistjoni meta jkollha tweġiba favorevoli għall-​messaġġ tas-​Saltna minn raġel?

5 Oħt li jkollha tweġiba favorevoli għall-​verità minn raġel m’għandhiex tagħmel iż-​żjara lura waħedha. Tistaʼ tieħu magħha lil żewġha jew pubblikatur ieħor. Hekk kif l-​individwu li juri interess jagħmel progress, ġeneralment ikun l-​aħjar li tgħaddi l-​istudju lil ħu kwalifikat.

6. Kif nistgħu nimitaw lill-​appostlu Pawlu sabiex ‘nirbħu iktar u iktar nies’?

6 Agħżel Suġġetti li Jinteressaw lill-​Irġiel: L-​appostlu Pawlu qies lill-​udjenza tiegħu u adatta l-​preżentazzjoni tiegħu sabiex ikun jistaʼ ‘jirbaħ iktar u iktar nies.’ (1 Kor. 9:19-23) Bl-​istess mod, aħna għandna nqisu liema suġġetti x’aktarx li se jogħġbu lill-​irġiel li niltaqgħu magħhom u nippreparaw skont dawn is-​suġġetti. Pereżempju, l-​irġiel spiss jinkwetaw dwar sfidi ekonomiċi, gvern tajjeb, u li jieħdu ħsieb is-​sigurtà tal-​familja tagħhom. Jistgħu jkunu interessati wkoll fl-​iskop tal-​ħajja, fil-​futur tal-​art, u għala Alla jippermetti s-​sofferenza. Il-​preżentazzjoni tagħna tal-​messaġġ tas-​Saltna se tintlaqaʼ aħjar jekk nuru dehen bħal dan fil-​mod kif inkellmu lin-​nies.—Prov. 16:23.

7. Kif jistaʼ kulħadd fil-​kongregazzjoni jkollu effett pożittiv fuq irġiel miżżewġin li mhumiex tal-​istess twemmin u li jattendu xi laqgħa?

7 Ħu l-​Inizjattiva Biex Tgħin lil Irġiel Miżżewġin li Mhumiex tal-​Istess Twemmin: Waqt li l-​kondotta mill-​aħjar taʼ ħutna n-​nisa Kristjani spiss ikollha l-​akbar influwenza fuq żwieġhom li mhumiex tal-​istess twemmin, membri tal-​kongregazzjoni jistgħu wkoll ikollhom effett pożittiv. (1 Pt. 3:1-4) Meta raġel mhux tal-​istess twemmin imur għal xi laqgħa maʼ martu, il-​merħba kordjali li jingħata mill-​kongregazzjoni tkun xhieda effettiva. Il-​preżenza tiegħu x’aktarx li tindika li għandu xi interess fil-​verità, u forsi jkun lest li jaċċetta studju tal-​Bibbja.

8. L-​aħwa rġiel kif jistgħu jieħdu l-​inizjattiva biex jgħinu lil irġiel miżżewġin li mhumiex tal-​istess twemmin u li juru xi ftit interess fil-​verità?

8 Mill-​banda l-​oħra, xi rġiel miżżewġin juru ftit interess spiritwali fil-​bidu imma eventwalment għandhom mnejn ikunu lesti li jiddiskutu l-​Bibbja maʼ ħu li jħossuhom komdi miegħu. Xi aħwa rġiel f’kongregazzjoni waħda għamlu sforz meta kultant żaru lil familja maqsuma reliġjożament biex jitkellmu mar-​raġel li ma kienx tal-​istess twemmin dwar affarijiet li kienu jafu li jinteressawh. Maż-​żmien, dan wassal għal diskussjonijiet spiritwali, u issa tgħammed. F’każ ieħor, ħu għen lil raġel miżżewweġ mhux tal-​istess twemmin li kien dħuli biex jibni ċint madwar id-​dar tiegħu. Billi wera interess persunali b’dan il-​mod, inbeda studju tal-​Bibbja. (Gal. 6:10; Flp. 2:4) Jekk int ħu Kristjan, għala ma tiħux l-​inizjattiva biex tgħin lil xi ħadd jew iktar minn dawn l-​irġiel miżżewġin li mhumiex tal-​istess twemmin?

9. It-​taħriġ taʼ rġiel Kristjani x’riżultat jistaʼ jkollu?

9 Tħarrġu għall-​Futur: Irġiel li jwieġbu favorevolment għall-​messaġġ tas-​Saltna u li jirsistu għal privileġġi fis-​servizz taʼ Ġeħova jistgħu jkunu fost l-​“irġiel bħala għotjiet,” anzjani Kristjani li jużaw l-​abbiltajiet u s-​saħħa tagħhom għan-​nom tal-​kongregazzjonijiet tal-​poplu taʼ Ġeħova. (Efes. 4:8; Salm 68:18) Irġiel bħal dawn jirgħu l-​kongregazzjoni minn jeddhom u bil-​ħerqa. (1 Pt. 5:2, 3) X’barka jkunu għas-​sħubija tal-​aħwa kollha kemm hi!

10. L-​isforzi t’Ananija biex jgħin lil Pawlu kif kienu taʼ benefiċċju għal ħafna?

10 Pereżempju, Sawl sar “appostlu tal-​ġnus,” għalkemm darba kien jippersegwita lill-​Kristjani. (Rum. 11:13) Id-​dixxiplu Ananija għall-​ewwel ma riedx jipprietka lil Sawl minħabba dan. Minkejja dan, Ananija segwa d-​direzzjoni tal-​Mulej u kellem lir-​raġel li sar l-​appostlu Pawlu. Matul is-​snin, il-​ministeru taʼ Pawlu kien taʼ benefiċċju għall-​eluf li semgħuh jipprietka kif ukoll għall-​miljuni li jkomplu jibbenefikaw mill-​ittri mnebbħin tiegħu dokumentati fil-​Kelma t’Alla.—Atti 9:3-19; 2 Tim. 3:16, 17.

11. Għala għandna nagħmlu l-​aġġustamenti li hemm bżonn biex nagħtu xhieda lill-​irġiel?

11 Għalhekk, ejja nagħmlu l-​aġġustamenti li hemm bżonn biex nilqgħu l-​isfida taʼ li nagħtu xhieda lill-​irġiel. Hekk kif niġru wara din il-​mira niġu assigurati mill-​barka taʼ Ġeħova fuq l-​isforzi diliġenti tagħna biex nagħmlu r-​rieda tiegħu u nieħdu ħsieb sew l-​interessi tas-​Saltna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja