LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/11 p. 2
  • Lesti Wliedek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lesti Wliedek?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Materjal Simili
  • Għin lil Uliedek Jegħlbu l-Ħafna Sfidi Tagħhom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Lesti Intom għall-Iskola?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Kif Jistgħu l-Ġenituri u t-Tfal Ikunu Ferħanin?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Ġenituri—Rabbu lit-tfal iħobbu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2011
km 7/11 p. 2

Lesti Wliedek?

1. Għala hemm bżonn li t-​tfal tal-​iskola jkunu preparati?

1 Iż-​żmien qed joqrob biex terġaʼ tibda sena skolastika ġdida. Uliedkom bla dubju se jesperjenzaw sfidi u pressjonijiet ġodda. Se jkollhom ukoll opportunitajiet ġodda biex ‘jixhdu għall-​verità.’ (Ġw. 18:37) Huma lesti?

2. Sabiex ikunu preparati, x’għandhom ikunu jafu wliedkom?

2 Uliedkom jifhmu b’mod ċar x’tinvolvi l-​parteċipazzjoni f’ċerimonji nazzjonalistiċi u f’festi pagani u għala hu ħażin li jieħdu sehem fihom? Preparati huma għall-​pressjoni li se jiffaċċjaw biex jiksbu edukazzjoni iktar għolja, biex joħorġu maʼ tas-​sess oppost, u biex jużaw l-​alkoħol jew id-​droga? Se jgħidu huma sempliċement li attività oġġezzjonabbli tmur kontra r-​reliġjon tagħhom, jew jafu kif jispjegaw it-​twemmin tagħhom?—1 Pt. 3:15.

3. Il-​ġenituri kif jistgħu jużaw il-​lejla tal-​Qima tal-​Familja tagħhom biex jippreparaw lil uliedhom?

3 Użaw il-​Lejla tal-​Qima tal-​Familja: M’għandniex xi ngħidu, x’aktarx li se jkollkom diskussjonijiet matul is-​sena skolastika hekk kif uliedkom jesperjenzaw problemi ġodda. Jekk tagħmlu sforz speċjali biex tikkunsidraw kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-​iskola qabel ma terġaʼ tibda l-​iskola, uliedkom se jħossuhom kunfidenti. Għala ma tużawx waħda jew iktar mil-​lejliet tal-​Qima tal-​Familja għal dan? Forsi tistgħu tistaqsu lil uliedkom x’jinkwetahom l-​iktar hekk kif jaħsbu dwar meta jmorru lura l-​iskola. Kwistjonijiet li kkunsidrajtu fis-​snin taʼ qabel jistgħu jiġu riveduti issa li t-​tfal huma akbar u għandhom iktar fehma. (Salm 119:95) Tistgħu tinkludu sessjonijiet taʼ prattika li fihom tagħmluha t’għalliem, taʼ xi ħadd li jagħti l-​pariri, jew taʼ student ieħor. Għallmu lil uliedkom kif iwieġbu mill-​Bibbja u biex jużaw għodod bħall-​ktieb Reasoning u l-​kotba Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu. Waħda omm użat sessjonijiet taʼ prattika biex tipprepara lil uliedha ħalli javviċinaw lill-​għalliema ġodda tagħhom fil-​bidu taʼ kull sena skolastika u sabiex jgħidulhom li huma Xhieda taʼ Ġeħova.—Ara It-​Torri tal-​Għassa tal-​15 taʼ Diċembru, 2010, paġni 3-​5.

4. Ġenituri għaqlin x’se jagħmlu?

4 L-​isfidi li ż-​żgħażagħ Kristjani jridu jiffaċċjaw matul dawn l-​aħħar jiem qed isiru dejjem iktar u iktar “diffiċli biex issib tarfhom.” (2 Tim. 3:1) Ġenituri għaqlin se jipprovaw jaħsbu minn qabel dwar il-​problemi li wliedhom se jesperjenzaw u jippreparawhom biex jegħlbuhom. (Prov. 22:3) Qabel ma tibda s-​sena skolastika l-​ġdida, agħmlu kulma tistgħu biex tgħinu lil uliedkom ikunu lesti.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja