Jehovah’s Witnesses —Faith in Action, Part 1: Out of Darkness
Fil-Bibbja, id-dawl hu assoċjat mal-verità, filwaqt li d-dlam hu assoċjat mal-gideb. (Salm 43:3; Is. 5:20) Satana introduċa d-dlam f’din id-dinja meta hu qarraq b’Eva. Maż-żmien, Satana tefaʼ lill-umanità fi dlam oħxon. (Riv. 12:9) Id-DVD Jehovah’s Witnesses—Faith in Action, Part 1: Out of Darkness juri kif id-dawl spiritwali beda jidher mid-dlam. (Is. 60:1, 2) Wara li tara dan id-DVD, ara tistax twieġeb dawn il-mistoqsijiet.
(1) Kif waqaʼ dlam oħxon wara l-mewt tal-appostli? (2) Fil-bidu tas-seklu 12, x’għen lin-nies jaraw li l-knejjes ma kinux qed jgħallmu l-verità? (3) Min kienu Henry Grew u George Storrs? (4) Liema ġrajjiet fil-ħajja taʼ Charles Russell kellhom effett profond fuqu? (5) Ħuna Russell, missieru, u xi ftit minn sħabu, kif ikkonduċew il-klassi tagħhom tal-istudju tal-Bibbja, u għal liema konklużjonijiet Skritturali waslu? (6) Dan il-grupp taʼ studju tal-Bibbja kif ingħaqad mal-grupp taʼ Nelson Barbour, imma Ħuna Russell għala rtira? (7) X’seħħ f’Lulju tal-1879 li wassal biex tibda era ġdida taʼ dawl spiritwali? (8) Minn dak iż-żmien ’l hawn, in-numru li dejjem qed jikber taʼ studenti tal-Bibbja, x’għamlu biex ixerrdu l-aħbar tajba? (9) Minn ħafna snin qabel, l-Istudenti tal-Bibbja x’kienu qed jistennew li jiġri fl-1914? (10) Liema sfidi ffaċċjaw l-Istudenti tal-Bibbja wara li miet Ħuna Russell? (11) X’għamlu l-Istudenti tal-Bibbja wara li Ħuna Rutherford u sħabu ġew meħlusin mill-ħabs? (12) Dan id-DVD kif kabbar l-apprezzament tiegħek għall-organizzazzjoni taʼ Ġeħova? (13) Dan id-DVD kif kabbar id-determinazzjoni tiegħek li tibqaʼ tipprietka bil-ħeġġa minkejja l-ostakli? (14) Kif nistgħu nużaw dan id-DVD biex ngħinu lil qrabatna, lill-istudenti tal-Bibbja, u lil oħrajn?
X’wirt spiritwali prezzjuż ħallewlna dawn l-Istudenti tal-Bibbja tal-passat! F’dinja mudlama spiritwalment, huma kienu kuraġġużi u żelużi f’li jgħallmu lil oħrajn dwar il-verità. Jalla nimitaw l-eżempju tagħhom u ‘nibqgħu mexjin bħala wlied id-dawl.’—Efes. 5:8.