Żewġ Muniti taʼ Valur Żgħir
Mod importanti kif nappoġġaw l-interessi tas-Saltna hu billi nikkontribwixxu finanzjarjament għax-xogħol tal-ippritkar taʼ madwar id-dinja. Iżda, xi ngħidu jekk m’għandniex ħafna flus?
Darba minnhom, Ġesù ra armla fqira titfaʼ fil-kaxxi tat-teżor tat-tempju żewġ muniti taʼ valur żgħir. L-imħabba għal Ġeħova qanqlitha biex tagħti “min-nieqes tagħha, . . . kulma kellha, l-għajxien kollu tagħha.” (Mk. 12:41-44) Il-fatt li Ġesù semma dan jindika li l-kontribuzzjoni tagħha kienet taʼ valur kbir ferm f’għajnejn Alla. Bl-istess mod, il-Kristjani tal-ewwel seklu wkoll kienu jqisuh bħala unur li jikkontribwixxu materjalment. Kemm il-Kristjani foqra u kemm dawk sinjuri kienu jagħtu dak li jistgħu. L-appostlu Pawlu kkwota l-eżempju tan-nies tal-Maċedonja li, minkejja “l-faqar bla qjies . . . baqgħu jitolbuna bi ħrara kbira biex ikollhom il-privileġġ li jagħtu b’qalb tajba.”—2 Kor. 8:1-4.
Għalhekk, jekk nistgħu nikkontribwixxu biss ‘żewġ muniti taʼ valur żgħir,’ għandna niftakru li ħafna kontribuzzjonijiet żgħar jistgħu jammontaw għal ammont kbir. Meta nagħtu minn qalbna, se nogħġbu lil Missierna tas-sema li hu ġeneruż, għax “Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ.”—2 Kor. 9:7.