Il-kaxxa tal-għodda tat-tagħlim li għandna
1. L-evanġelizzaturi Kristjani kif inhuma bħal nies tas-sengħa?
1 Nies tas-sengħa jużaw varjetà t’għodod. Filwaqt li xi għodod kultant huma bżonjużi għal affarijiet speċifiċi, għodod bażiċi oħra jintużaw spiss. Nies tas-sengħa b’esperjenza dejjem ikollhom dawn l-għodod bażiċi fil-kaxxa tal-għodda tagħhom, u dawn huma l-għodod li jafu jużaw l-iktar. Il-Bibbja tinkuraġġixxi lil kull Kristjan biex ikun medhi fil-ministeru u biex ikun “ħaddiem li m’għandux minn xiex jistħi.” (2 Tim. 2:15) Liema hi l-iktar għodda importanti fil-kaxxa tal-għodda tagħna? Hija l-Kelma t’Alla—l-għodda prinċipali li nużaw biex ‘nagħmlu dixxipli.’ (Mt. 28:19, 20) Għaldaqstant, għandna nagħmlu sforz biex insiru tas-sengħa f’li “nimmaniġġaw sew il-kelma tal-verità.” Madankollu, hemm għodod oħra li jintużaw spiss fil-kaxxa tal-għodda tat-tagħlim tagħna li l-Kristjani kollha għandhom jitgħallmu jużaw bis-sengħa ħalli jgħallmu l-verità lin-nies.—Prov. 22:29.
2. Liema huma l-għodod bażiċi tat-tagħlim li għandna?
2 L-għodod bażiċi tat-tagħlim li għandna: Apparti l-Bibbja, liema għodod oħra għandna nużaw? L-għodda primarja li għandna biex ngħallmu l-veritajiet tal-Bibbja hi l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Wara li nispiċċaw l-istudju taʼ dan il-ktieb maʼ student, nużaw “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla” biex ngħallmuh japplika prinċipji tal-Bibbja fil-ħajja taʼ kuljum. Għaldaqstant, għandna nsiru effiċjenti f’li nużaw dawn iż-żewġ pubblikazzjonijiet. Barra minn hekk, ċerti browxers għandhom ikunu inklużi fil-kaxxa tal-għodda tat-tagħlim tagħna. Il-browxer Aħbar Tajba Mingħand Alla! hu wieħed mill-għodod prinċipali li għandna biex nibdew studji tal-Bibbja. F’każ li t-territorju tagħna għandu nies li ma tantx jafu jaqraw jew li jitkellmu lingwa li għaliha għandna ftit pubblikazzjonijiet jew xejn, inkunu nistgħu nużaw ukoll il-browxer Ismaʼ Minn Alla jew Isma’ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem. Għodda bażika tat-tagħlim li tidderieġi l-istudenti lejn l-organizzazzjoni hi l-browxer Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum? Xi vidjows li huma t’għajnuna għalina biex nagħmlu dixxipli, bħal Għala għandek tistudja l-Bibbja?, X’jiġri f’Sala tas-Saltna?, u l-vidjow bl-Ingliż Does God Have a Name?, huma għodod li għandna nitgħallmu nużawhom sew ukoll. (Ikompli f’paġna 4.)
3. Ħarġiet tal-Ministeru tas-Saltna fil-futur, x’se jgħinuna nsiru?
3 Ħarġiet tal-Ministeru tas-Saltna fil-futur se jgħinuna nsiru tas-sengħa f’li nużaw il-pubblikazzjonijiet bażiċi li għandna fil-kaxxa tal-għodda. Hekk kif nagħmlu sforz biex insiru nafu dawn l-għodod fuq ponot subgħajna u nużawhom, inkunu qed nobdu l-parir ispirat: “Oqgħod attent il-ħin kollu għalik innifsek u għat-tagħlim tiegħek. Żomm maʼ dawn l-affarijiet, għax jekk tagħmel dan issalva kemm lilek innifsek u kemm lil dawk li jisimgħuk.”—1 Tim. 4:16.