Eżempji taʼ preżentazzjonijiet
It-Torri tal-Għassa Novembru-Diċembru
“Kull meta tfaqqaʼ xi gwerra, iż-żewġ naħat jemmnu li għandhom l-appoġġ t’Alla. Taħseb li Alla japprova l-gwerer? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din il-ħarġa tat-Torri tal-Għassa tiddiskuti għala Alla kien jiggwerra fil-passat u kif dalwaqt se jġib fit-tmiem darba għal dejjem il-gwerer.” Aqra Salm 46:9, u offri r-rivisti.
Stenbaħ! Novembru-Diċembru
“Hello, mhux se ndewmuk. Qed inżuru lin-nies għax ħafna jixtiequ jistaqsu għala Alla jippermetti t-tbatija. Taħseb li nkunu qed nuru diżrispett meta nsaqsu lil Alla dwar ċerti affarijiet? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ir-raġel ġust Ġob esprima x-xewqa tiegħu li jsaqsi lil Alla dwar ċerti affarijiet. [Aqra Ġob 23:3-5.] Din ir-rivista tikkunsidra tliet mistoqsijiet li ħafna nies jixtiequ jistaqsu lil Alla, jekk ikollhom l-opportunità, u t-tweġibiet sodisfaċenti li tagħti l-Bibbja.”