LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb16 Awwissu p. 8
  • Għallem il-​verità

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għallem il-​verità
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • Materjal Simili
  • Eżempji taʼ konversazzjonijiet
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
  • Eżempji ta’ preżentazzjonijiet
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Agħmel il-preżentazzjoni tiegħek stess tar-rivista
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • Eżempji ta’ preżentazzjonijiet
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
mwb16 Awwissu p. 8

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għallem il-​verità

Minn Settembru, il-​Fuljett għall-​Istudju tal-​Laqgħa tal-​Ħajja u l-​Ministeru Tagħna se jinkludi preżentazzjoni ġdida bit-​titlu “Għallem il-​verità.” Il-​mira tagħna se tkun li nenfasizzaw verità bażika mill-​Bibbja billi nużaw mistoqsija u skrittura.

Jekk ninnotaw li hemm interess, aħna nistgħu nqanqlu l-​entużjażmu għaż-​żjara li jmiss billi nħallu xi pubblikazzjoni jew nuru vidjow minn fuq jw.org/mt. Għandna nipprovaw nerġgħu mmorru wara ftit ġranet biex nibnu fuq id-​diskussjoni taʼ qabel. Il-​preżentazzjonijiet ġodda u t-​taħditiet li se jkollhom l-​istudenti se jkunu bbażati fuq ir-​reviżjonijiet tal-​kapitli tal-​ktieb X’Nistgħu Nitgħallmu mill-​Bibbja? Hemmhekk nistgħu nsibu mistoqsijiet oħra u skritturi li jgħinuna nagħmlu żjajjar lura jew nikkonduċu studju billi nużaw il-​Bibbja.

Hemm biss triq waħda li twassal għall-​ħajja. (Mt 7:13, 14) Peress li nitkellmu maʼ nies li għandhom reliġjon u ċirkustanzi differenti, aħna għandna nippreżentaw il-​veritajiet tal-​Bibbja b’mod li nilħqulhom qalbhom. (1Ti 2:4) Hekk kif insiru aktar familjari maʼ suġġetti differenti tal-​Bibbja u ntejbu l-​abbiltà tagħna f’li ‘nimmaniġġaw sew il-​kelma tal-​verità,’ il-​ferħ tagħna se jiżdied, u se jkollna suċċess f’li ngħallmu l-​verità lil oħrajn.—2Ti 2:15.

Ħu qed jaqsam skrittura maʼ żagħżugħ

UŻA DIN IL-​PREŻENTAZZJONI L-​ĠDIDA META . . .

  • tipprietka minn dar għal dar

  • tagħti xhieda informali

  • tibda studju tal-​Bibbja

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja