GĦIX BĦALA KRISTJAN
Żewġha magħruf f’bibien il-belt
Mara kapaċi tagħmel isem tajjeb lil żewġha. Fiż-żmien is-Sultan Lemwel, raġel li kellu mara kapaċi kien “magħruf f’bibien il-belt.” (Pr 31:23) Illum, irġiel rispettabbli jaqdu bħala anzjani u qaddejja ministerjali. Jekk miżżewġin, l-inkarigu tagħhom jiddependi ħafna mill-imġiba tajba u l-appoġġ mill-aħjar tal-mara tagħhom. (1Ti 3:4, 11) Nisa miżżewġin kapaċi huma apprezzati ferm mhux biss minn żwieġhom imma wkoll mill-kongregazzjoni.
Mara kapaċi tgħin lil żewġha jaqdi billi . . .
tinkuraġġih bi kliem ħelu.—Pr 31:26
minn qalbha taqsam il-ħin tar-raġel tagħha mal-kongregazzjoni.—1Te 2:7, 8
tgħix ħajja sempliċi.—1Ti 6:8
ma tistaqsihx dwar affarijiet kunfidenzjali tal-kongregazzjoni.—1Ti 2:11, 12; 1Pt 4:15