TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ISAIJA 11-16
L-għarfien taʼ Ġeħova se jimla l-art
Kif din il-profezija applikat għall-Iżraelin
L-Iżraelin ma kellhomx għalfejn jibżgħu minn annimali slavaġ jew minn bnedmin li jaġixxu bħall-annimali la huma hu sejrin lejn arthom mill-eżilju f’Babilonja u lanqas fl-art restawrata tagħhom.—Esd 8:21, 22
Kif din il-profezija tapplika għal żmienna
L-għarfien taʼ Ġeħova biddel il-personalitajiet tan-nies. Dawk li qabel kienu vjolenti saru nies li jġibu l-paċi. L-għarfien t’Alla ħalaq ġenna spiritwali mad-dinja kollha
Kif din il-profezija se titwettaq fil-futur
L-art kollha se tinbidel f’ġenna fejn fiha se jkun hemm il-paċi u s-sigurtà, fi qbil mal-iskop oriġinali t’Alla. L-ebda bniedem u l-ebda annimal ma se jkun taʼ theddida
Pawlu nbidel permezz tal-għarfien dwar Alla
Bħala Fariżew, hu kien iġib ruħu bħal annimal salvaġġ.—1Ti 1:13
Għarfien eżatt biddillu l-personalità tiegħu.—Kol 3:8-10