TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ISAIJA 63-66
Smewwiet ġodda u art ġdida se jġibu ferħ kbir
Il-wegħda t’Alla li jagħmel kollox ġdid imniżżla f’Isaija kapitlu 65 tant hi ċerta li Ġeħova jitkellem dwarha bħallikieku diġà qed iwettaqha.
Ġeħova joħloq smewwiet ġodda u art ġdida fejn l-affarijiet taʼ qabel ma jitfakkrux
X’inhuma s-smewwiet ġodda?
Gvern ġdid li se jġib kundizzjonijiet ġusti fuq l-art
Dan ġie stabbilit fis-sena 1914 meta Kristu ġie maħtur bħala s-Sultan tas-Saltna t’Alla
X’inhi l-art ġdida?
Nies minn kull nazzjon, lingwa, u razza li b’ferħ huma lesti li jkunu sottomessi lejn it-tmexxija tal-gvern il-ġdid tas-sema
L-affarijiet taʼ qabel kif mhux se jitfakkru?
Il-kaġun taʼ memorji koroh—tbatija fiżika, mentali, u emozzjonali—mhux se jibqaʼ jeżisti
Nies leali se jgawdu l-ħajja għalkollox u se jgħożżu l-memorji sbieħ taʼ kull ġurnata li tgħaddi