TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | MATTEW 18-19
Oqgħod b’sebgħa għajnejn biex la tfixkel lilek innifsek u lanqas lil oħrajn
Ġesù uża tixbihat biex jgħallem kemm hi ħaġa serja li nitfixklu jew li nfixklu lil oħrajn.
Il-kelma “tfixkil” tirreferi għal azzjoni jew ċirkostanza li twassal lil persuna biex taqbad triq ħażina, tniggeż jew tmur kontra l-kuxjenza, jew taqaʼ fid-dnub
Persuna li tkun il-kaġun biex ħaddieħor jitfixkel, ikun aħjar li taqaʼ l-baħar b’ġebla taʼ mitħna mdawra m’għonqha
Ġebel tal-mitħna
Ġesù lis-segwaċi tiegħu tahom il-parir biex ineħħu saħansitra xi ħaġa prezzjuża daqs l-id jew l-għajn jekk qed iġġegħelhom jitfixklu
Ikun aħjar li tneħħi dik ix-xi ħaġa li tqisha importanti u tidħol fis-Saltna t’Alla milli tħalliha marbuta maʼ qalbek u tispiċċa f’Geħenna, simbolu taʼ qerda totali
X’jistaʼ jsir taʼ tfixkil f’ħajti, u kif nistaʼ ma nfixkilx lili nnifsi jew lil oħrajn?