TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ATTI 1-3
L-ispirtu qaddis jiġi mferraʼ fuq il-kongregazzjoni Kristjana
Ħafna Lhud li kienu Ġerusalemm matul Pentekoste tas-sena 33 kienu ġejjin minn pajjiżi oħra. (At 2:9-11) Minkejja li kienu josservaw il-Liġi Mosajka, jistaʼ jkun li huma għexu f’art barranija għomorhom kollu. (Ġer 44:1) Għaldaqstant, xi wħud għandhom mnejn li kienu iktar jidhru u jitkellmu skont il-pajjiż li twieldu fih milli bħal-Lhud. Meta tgħammdu 3,000 minn din il-folla li kienet ġejja minn diversi pajjiżi, il-kongregazzjoni Kristjana f’daqqa waħda saret iktar imħallta. Minkejja li kienu ġejjin minn diversi pajjiżi u kellhom trobbija differenti, huma “kienu jqattgħu ħafna ħin fit-tempju b’fehma waħda.”—At 2:46.
Kif tistaʼ turi interess ġenwin . . .
fin-nies fit-territorju tiegħek li ġejjin minn pajjiżi oħra?
fl-aħwa fil-kongregazzjoni tiegħek li ġejjin minn pajjiżi oħra?