TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ATTI 21-22
“Ħa sseħħ ir-rieda taʼ Ġeħova”
Pawlu ħass li l-ispirtu qaddis kien qed jidderiġih biex imur Ġerusalemm, fejn kien hemm l-inkwiet jistennieh. (At 20:22, 23) Għaldaqstant, meta Kristjani b’intenzjoni tajba bdew jitolbuh bil-ħrara biex ma jmurx, hu wiġibhom: “Għalfejn qed tibku u taqsmuli qalbi?” (At 21:13) Aħna qatt m’għandna niskuraġġixxu lil oħrajn milli jagħtu dak kollu li jistgħu fis-servizz tagħhom lil Ġeħova.