LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb20 Frar p. 3
  • X’Tistaʼ Titgħallem mill-Kanzunetti Oriġinali?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Tistaʼ Titgħallem mill-Kanzunetti Oriġinali?
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
  • Materjal Simili
  • Kanzunetti li Jressquna Eqreb Lejn Alla
    Kif Jintużaw id-Donazzjonijiet Tiegħek?
  • Faħħar lil Ġeħova mill-qalb bil-kant
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
  • L-​għanjiet tas-​Saltna jagħtu l-​kuraġġ
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
  • Idea Biex Tistudja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
mwb20 Frar p. 3
Aħwa rġiel u nisa jgawdu l-​mużika tal-​kitarra u jkantaw.

GĦIX BĦALA KRISTJAN

X’Tistaʼ Titgħallem mill-Kanzunetti Oriġinali?

Liema huma xi ftit mill-​kanzunetti oriġinali favoriti tiegħek? Għala? Taħseb li l-​vidjows juru xeni tal-​ħajja taʼ kuljum? B’din il-​varjetà kollha taʼ temi u stili taʼ mużika, hemm xi ħaġa għal kulħadd. Madankollu, il-​kanzunetti oriġinali u l-​vidjows taʼ magħhom mhumiex biss għall-​pjaċir.

Kull kanzunetta oriġinali tgħallem lezzjonijiet prattiċi li nistgħu napplikaw fil-​ħajja u l-​ministeru Kristjan tagħna. Xi kanzunetti jiffokaw fuq l-​ospitalità, l-​unità, il-​ħbiberija, il-​kuraġġ, l-​imħabba, u l-​fidi. Oħrajn isemmu temi bħal li tmur lura għand Ġeħova, turi maħfra, turi lealtà kuljum, u tfittex għal iktar modi kif taqdi lil Ġeħova. Saħansitra hemm kanzunetta oriġinali dwar l-​użu bilanċjat tal-​mowbajl. Liema lezzjonijiet prattiċi oħra sibt fil-​kanzunetti oriġinali?

ARA L-​VIDJOW TAL-​KANZUNETTA ORIĠINALI WARA L-​KANTUNIERA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Il-​koppja mdaħħla fiż-​żmien dwar liema barka fil-​futur qed taħseb?—Ġen 12:3

  • Kif nistgħu nsaħħu l-​fidi tagħna fl-​abbiltà taʼ Ġeħova li jwettaq il-​wegħdi tiegħu?

  • Maʼ min se nieħdu gost nerġgħu niltaqgħu dalwaqt?

  • It-​tama tas-​Saltna kif tgħinna nissaportu l-​problemi li qed niffaċċjaw issa?—Rum 8:25

SUĠĠERIMENT GĦALL-​QIMA BĦALA FAMILJA

Ara l-​vidjows tal-​kanzunetti oriġinali li ġejjin, u mbagħad wieġeb dawn iż-​żewġ mistoqsijiet: Liema lezzjonijiet prattiċi jgħallem dan il-​vidjow? Kif nistaʼ napplikahom f’ħajti?

  • Do Not Be Afraid

  • Forgive One Another

  • “Follow the Course of Hospitality”

  • Keep the Pace

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja