TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EŻODU 17-18
Irġiel Umli Jgħallmu u Jagħtu Responsabbiltajiet lil Oħrajn
Aħwa rġiel taʼ esperjenza juru l-umiltà, l-imħabba, u l-għaqal meta jgħallmu lil uħud iżgħar u jagħtuhom responsabbiltajiet. Kif?
Agħżel lil dawk li għandhom il-potenzjal li jkollhom iktar responsabbiltà
Għidilhom ċar x’għandhom jagħmlu biex ilestu biċċa xogħol
Agħtihom il-flus, l-għodda, u l-għajnuna li għandhom bżonn biex ilestu x-xogħol
Iċċekkja kif inhu sejjer il-ħu fix-xogħol, u għidlu li taf li hu kapaċi jispiċċah
STAQSI LILEK INNIFSEK: ‘X’responsabbiltajiet nistaʼ nagħti lil oħrajn?’