TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | LEVITIKU 4-5
Agħti l-Aħjar Tiegħek lil Ġeħova
L-Iżraelin dejjem setgħu jagħmlu paċi m’Alla, anki jekk kienu fqar. Fil-fatt, l-iktar Iżraelin foqra setgħu jagħmlu offerta li kienet aċċettata għal Ġeħova dment li kienet l-aħjar tagħhom. Setgħu jużaw dqiq imma Ġeħova stenna li jkun “fin,” it-tip li kien jintuża għall-mistidnin speċjali. (Ġen 18:6) Ġeħova wkoll jaċċetta s-“sagrifiċċju taʼ tifħir” tagħna minkejja kemm iċ-ċirkustanzi personali jillimitaw dak li nistgħu nagħmlu.—Eb 13:15.
Dan kif jistaʼ jinkuraġġik jekk m’għadx għandek l-istess saħħa u enerġija?