IRSISTI FIL-MINISTERU | ŻID IL-FERĦ TIEGĦEK FIL-MINISTERU
Għin lill-Istudenti tal-Bibbja Jattendu l-Laqgħat
Il-laqgħat tal-kongregazzjoni huma parti importanti mill-qima pura. (Sa 22:22) Dawk kollha li jiltaqgħu flimkien biex iqimu lil Ġeħova jesperjenzaw ferħ u barkiet. (Sa 65:4) L-istudenti tal-Bibbja ġeneralment jagħmlu progress iżjed malajr meta jattendu l-laqgħat regolarment.
Kif tistaʼ tgħin lill-istudenti tal-Bibbja tiegħek jattendu l-laqgħat? Ibqaʼ stidinhom biex jattendu. Urihom il-vidjow X’jiġri f’Sala tas-Saltna? Spjega l-benefiċċji tal-laqgħat. (lff lezzjoni 10) Tistaʼ taqsam xi punt speċifiku magħhom li tgħallimt f’laqgħa jew għidilhom x’se jiġi diskuss f’xi laqgħa li għadha ġejja. Agħti lill-istudenti tiegħek il-pubblikazzjonijiet li se jintużaw. Ukoll, offrilhom għajnuna prattika. Forsi jkollhom bżonn min iwassalhom għal-laqgħa. Kull sforz li tagħmel se jkun worth it meta l-istudent tiegħek jattendi l-laqgħa għall-ewwel darba.—1Ko 14:24, 25.
ARA L-VIDJOW GĦIN LILL-ISTUDENTI TAL-BIBBJA TIEGĦEK JATTENDU L-LAQGĦAT, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
Neeta x’opportunità ħadet biex tistieden lil Jade għal laqgħa tal-kongregazzjoni?
Għala nkunu ferħanin meta student tal-Bibbja jattendi l-laqgħat?
“Alla tassew qiegħed fostkom”
Jade x’esperjenzat meta attendiet l-ewwel laqgħa tagħha?