GĦIX BĦALA KRISTJAN
Kun Fiduċjuż li Tistaʼ Tissaporti Problemi Ekonomiċi
Il-ħajja fl-aħħar żminijiet hi mimlija sfidi. Hekk kif noqorbu lejn it-tmiem taʼ din is-sistema, id-diffikultajiet żgur li se jiżdiedu. Kultant jistaʼ ma jkollniex xi affarijiet materjali. (Ħab 3:16-18) X’jistaʼ jgħinna nkunu fiduċjużi li nistgħu nissaportu problemi ekonomiċi? Irridu nkomplu nafdaw f’Ġeħova, l-Alla tagħna. Hu wiegħed li se jieħu ħsieb lill-qaddejja tiegħu, u hu jistaʼ jipprovdilna fi kwalunkwe ċirkustanza li nkunu fiha.—Sa 37:18, 19; Eb 13:5, 6.
X’tistaʼ tagħmel:
Itlob bil-qalb lil Ġeħova għall-gwida, l-għerf, u għas-sapport.—Sa 62:8
Kun lest li taċċetta xogħol li qatt ma tkun għamilt qabel.—g 4/10 8-9, kaxxi
Żomm rutina spiritwali tajba, inkluż il-qari taʼ kuljum tal-Kelma t’Alla, l-attendenza għal-laqgħat tal-kongregazzjoni, u li tipparteċipa fil-ministeru
ARA L-VIDJOW IBNI DAR SODA—KUN ‘KUNTENT B’DAK LI GĦANDEK FIL-PREŻENT,’ U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
Xi familji xi sfidi ffaċċjaw?
X’inhi l-iktar ħaġa importanti fil-ħajja?
Kif nistgħu ngħinu lil dawk li jiffaċċjaw problemi ekonomiċi?