LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb23 Settembru p. 7
  • L-Anzjani Jagħmlu l-Aħjar Tagħhom Biex Jgħinu lin-Nies taʼ Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Anzjani Jagħmlu l-Aħjar Tagħhom Biex Jgħinu lin-Nies taʼ Ġeħova
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
  • Materjal Simili
  • Tkellem mal-Anzjani Meta Jkollok Bżonn l-Għajnuna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Kif l-Anzjani Juru Mħabba u Ħniena maʼ Dawk li Jidinbu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Aħwa Rġiel Qed Taħdmu Biex Issiru Anzjani?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Deċiżjonijiet li Juru li Tafda f’Ġeħova
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
mwb23 Settembru p. 7

GĦIX BĦALA KRISTJAN

L-Anzjani Jagħmlu l-Aħjar Tagħhom Biex Jgħinu lin-Nies taʼ Ġeħova

Ħafna nies għandhom ħarsa negattiva lejn min għandu l-awtorità. U ma ttihomx tort! In-nies ilhom snin jabbużaw mill-awtorità għall-ġid tagħhom stess. (Mik 7:3) Kemm aħna grati li l-anzjani fil-kongregazzjoni huma trenjati biex jużaw l-awtorità tagħhom ħalli jgħinu lin-nies taʼ Ġeħova.—Est 10:3; Mt 20:​25, 26.

L-anzjani huma differenti minn dawk li għandhom l-awtorità f’din id-dinja. Huma jagħmlu x-xogħol tagħhom għax iħobbu lil Ġeħova u lin-nies tiegħu. (Ġw 21:16; 1Pt 5:​1-3) Taħt id-direzzjoni taʼ Ġesù, dawn ir-ragħajja jgħinu lil kull pubblikatur iħossu li hu parti mill-familja taʼ Ġeħova u biex jibqaʼ qrib tiegħu. Huma malajr jagħtu l-inkuraġġiment lin-nagħaġ taʼ Ġeħova meta jkollhom bżonn. Jgħinuhom ukoll meta tinqalaʼ emerġenza medika jew ikun hemm xi diżastru naturali. Jekk għandek bżonn l-għajnuna, għax ma tiħux l-inizjattiva biex tkellem anzjan fil-kongregazzjoni tiegħek?—Ġk 5:14.

Stampa mill-vidjow “Ragħajja li Jieħdu Ħsieb il-Merħla.” Anzjan qed jieħu pjaċir jgħannaq lil Elias meta jarah.

ARA L-VIDJOW RAGĦAJJA LI JIEĦDU ĦSIEB IL-MERĦLA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Mariana kif ibbenefikat mill-għajnuna tal-anzjani?

  • Elias kif ibbenefika mill-għajnuna tal-anzjani?

  • Wara li rajt dan il-vidjow, kif tħossok dwar ix-xogħol li jagħmlu l-anzjani?

Ħu l-inizjattiva biex tkellem anzjan . . .

  • jekk tmur toqgħod xi mkien differenti jew tbiddel in-numru tat-telefown jew tal-mowbajl

  • jekk għaddej minn prova diffiċli

  • jekk se tkun imsiefer għal żmien twil

  • jekk għandek xi sitwazzjoni medika serja jew se tidħol l-isptar

  • jekk għamilt dnub serju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja