LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb23 Settembru p. 13
  • Għin Nies li Mhumiex Reliġjużi Jsiru Jafu lill-Ħallieq Tagħhom

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għin Nies li Mhumiex Reliġjużi Jsiru Jafu lill-Ħallieq Tagħhom
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
  • Materjal Simili
  • Nilħqu qalb dawk li mhumiex reliġjużi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Uża bis-sengħa l-għodda li għandna fil-Kaxxa tal-Għodda tat-Tagħlim
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
  • Ngħallmu l-verità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Ara l-​Evidenza
    Stenbaħ!—2021
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
mwb23 Settembru p. 13
Oħt qed tagħti xhieda lil mara mill-Asja.

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għin Nies li Mhumiex Reliġjużi Jsiru Jafu lill-Ħallieq Tagħhom

Ġieli żżomm lura milli tagħti xhieda lil nies li mhumiex reliġjużi għax taħseb li mhumiex se jisimgħu? Jekk iva, ftakar li ħafna nies li ma kinux reliġjużi, anke atei, saru Xhieda taʼ Ġeħova. Ħafna drabi, kull ma kellhom bżonn kien ftit għajnuna biex jaraw l-evidenza li Alla jeżisti.—Rum 1:20; 10:14.

ARA L-VIDJOW FTAKAR LI NIES BLA FIDI JISTGĦU JINBIDLU!—NIES MHUX RELIĠJUŻI, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJA LI ĠEJJA:

L-esperjenza taʼ Tommaso kif tgħinek tkun pożittiv meta titkellem maʼ nies li mhumiex reliġjużi?

Kif tagħmel dan

Jekk persuna tgħidlek li ma temminx f’Alla, kun qalbek tajba, uża t-tattika, u b’mod sinċier uri interess f’kif tħossha u f’dak li taħseb dwar dan is-suġġett. (2Ti 2:24) Tkellem fuq suġġetti li x’aktarx se jinteressawha. Staqsi lilek innifsek: ‘Hi lesta li titkellem dwar l-evidenza li għenet lil ħafna jemmnu f’Ħallieq?’ Jekk iva, uża l-pubblikazzjonijiet u l-vidjows li ġew iddisinjati għal din ir-raġuni. Il-browxers Was Life Created? u The Origin of Life—Five Questions Worth Asking issa qegħdin fil-Kaxxa tal-Għodda tat-Tagħlim biex insibuhom iżjed faċli.

Imma għall-ewwel, jaf iżżomm lura milli titkellem dwar il-verità maʼ xi ħadd li ma jemminx f’Alla. Jekk tħossok hekk, għala ma ssaqsix pubblikatur b’iżjed esperjenza biex jgħinek? Ftakar ukoll li Ġeħova jistaʼ jgħinna nilħqu l-qlub taʼ dawk li huma sinċiera, anke jekk għall-ewwel ma jemmnux li jeżisti.—At 13:48.

Il-browxer “Was Life Created?”
Il-browxer “The Origin of Life—Five Questions Worth Asking.”
    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja