LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w20 Frar pp. 8-13
  • Lil Ġeħova, Missierna, Aħna Nħobbuh Ħafna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lil Ġeħova, Missierna, Aħna Nħobbuh Ħafna
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • IBQAʼ QRIB ĠEĦOVA
  • META TOBDI TURI LI TĦOBB
  • GĦIN LIL OĦRAJN IĦOBBU LIL MISSIERNA
  • ĦOBB LIL MISSIERNA U TKUN FERĦAN
  • Ġeħova, Missierna, Iħobbna Ħafna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Saħħaħ l-Imħabba Tiegħek għal Ġeħova u għall-Aħwa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Ibqaʼ qrib taʼ Ġeħova
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • L-imħabba t’Alla ma tispiċċa qatt
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
w20 Frar pp. 8-13

ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 7

Lil Ġeħova, Missierna, Aħna Nħobbuh Ħafna

“Aħna nħobbu, għax hu ħabbna l-​ewwel.”—1 ĠW. 4:19.

GĦANJA 3 Ġeħova jqawwina, ifarraġna, u jtina tama

ĦARSA BIL-​QUDDIEMa

1-2. (a) Ġeħova għala għamilha possibbli għalina biex inkunu parti mill-​familja tiegħu? (b) Kif għamel dan?

ĠEĦOVA stidinna biex ningħaqdu mal-​familja tiegħu li jqimuh. Xi privileġġ kbir hu dan! Il-​membri taʼ din il-​familja huma dawk li ddedikaw ħajjithom lil Alla u li għandhom il-​fidi fis-​sagrifiċċju taʼ Ibnu bħala fidwa. Aħna familja ferħana. Aħna ngawdu ħajja bi skop issa, u ferħanin għax għandna t-​tama li ngħixu għal dejjem, kemm jekk fis-​sema u kemm jekk se ngħixu f’Ġenna fuq l-​art.

2 Ġeħova għamilha possibbli għalina biex inkunu parti mill-​familja tiegħu għax hu jħobbna ħafna. Imma biex għamel dan, Ġeħova kellu jagħmel sagrifiċċju kbir ħafna. (Ġw. 3:16) Aħna konna “mixtrijin bi prezz.” (1 Kor. 6:20) Permezz tal-​fidwa, Ġeħova għamilha possibbli għalina biex ikollna relazzjoni mill-​qrib miegħu. Aħna għandna l-​privileġġ li l-​ikbar persuna fl-​univers insejħulu Missierna. U bħalma ddiskutejna fl-​artiklu taʼ qabel, Ġeħova, huwa l-​aqwa Missier.

3. X’mistoqsijiet nistgħu nistaqsu? (Ara wkoll il-​kaxxa “Ġeħova Jinnotani?”)

3 Bħalma staqsa kittieb tal-​Bibbja, aħna forsi nistaqsu: “X’se nagħti lil Ġeħova għall-​benefiċċji kollha li tani?” (Salm 116:12) It-​tweġiba hi, li aħna qatt ma nistgħu nħallsu lura lil Missierna tas-​sema. Imma l-​imħabba tiegħu għalina ġġegħelna nħobbuh lura. L-​appostlu Ġwanni kiteb: “Aħna nħobbu, għax hu ħabbna l-​ewwel.” (1 Ġw. 4:19) B’liema modi nistgħu nuru lil Missierna tas-​sema li nħobbuh?

Ġeħova Jinnotani?

Mara miexja fi triq maʼ nies oħra. Tgħolli rasha bħallikieku ssaqsi, ‘Alla jinnotani?’

Ġieli saqsejt lilek innifsek, ‘Minn dawn il-​biljuni taʼ nies li jgħixu fid-​dinja, għala Ġeħova għandu jinnotani?ʼ Jekk iva, m’intix waħdek. Is-​Sultan David kiteb: “O Ġeħova, x’inhu l-​bniedem biex tinnotah, bin il-​bniedem mortali biex tagħti kasu?” (Salm 144:3) David kien ċert li Ġeħova kien jafu sew. (1 Kron. 17:16-18) U permezz tal-​Kelma tiegħu u l-​organizzazzjoni tiegħu, Ġeħova jaċċertak li hu jinnota l-​imħabba li turi għalih. Ikkunsidra xi versi fil-​Kelma t’Alla li jistgħu jgħinuk tkun ċert minn dan il-​fatt:

  • Ġeħova nnotak saħansitra qabel twelidt.—Salm 139:16.

  • Ġeħova jaf x’għandek f’qalbek, u jaf x’qed taħseb.—1 Kron. 28:9.

  • Ġeħova jismaʼ kull talba li int titolbu.—Salm 65:2.

  • L-​azzjonijiet tiegħek jaffettwaw is-​sentimenti taʼ Ġeħova.—Prov. 27:11.

  • Ġeħova għażel li jiġbdek lejh b’mod personali.—Ġw. 6:44.

  • Jekk tmut, Ġeħova tant jafek sew li se jkun jistaʼ jirxoxtak. Hu se jagħtik ġisem u moħħ ġdid, simili ħafna għal dawk li għandek issa. Int se jkollok l-​stess memorji u l-​istess personalità.—Ġw. 11:21-26, 39-44; Atti 24:15.

IBQAʼ QRIB ĠEĦOVA

Grupp taʼ stampi flimkien: 1. Oħt bilqiegħda mal-medja b’Bibbja miftuħa hekk kif titlob. 2. Ħu żagħżugħ jirrifjuta sigarett li qed joffrilu wieħed tal-klassi. 3. Ħu qed juri fuljett lil raġel li jaħdem ġo vann li jbigħ l-ikel.

Aħna nuru kemm inħobbu lil Missierna tas-​sema, Ġeħova, billi nibqgħu qrib tiegħu permezz tat-​talb, billi nobduh, u billi ngħinu lil oħrajn iħobbuh (Ara paragrafi 4-14)

4. Skont Ġakbu 4:8, għala għandna nagħmlu sforz biex nersqu qrib taʼ Ġeħova?

4 Ġeħova jridna nersqu qrib tiegħu u nikkomunikaw miegħu. (Aqra Ġakbu 4:8.) Hu jħeġġiġna biex ‘nipperseveraw fit-​talb,’ jiġifieri nibqgħu nitolbu, għax hu dejjem lest li jismagħna. (Rum. 12:12) Hu dejjem isib il-​ħin u qatt ma jkun għajjien biex jismagħna. U aħna nisimgħu minnu billi naqraw il-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja, flimkien maʼ pubblikazzjonijiet oħra li jgħinuna nifhmuha. Nisimgħu minnu wkoll billi noqogħdu attenti fil-​laqgħat Kristjani. Eżatt bħalma komunikazzjoni regolari tgħin biex it-​tfal jibqgħu qrib il-​ġenituri tagħhom, komunikazzjoni regolari maʼ Ġeħova tgħinna biex nibqgħu qrib tiegħu.

Oħt bilqiegħda mal-medja b’Bibbja miftuħa hekk kif titlob.

Ara paragrafu 5

5. Kif nistgħu ntejbu l-​kwalità tat-​talb tagħna?

5 Aħseb dwar il-​kwalità taʼ komunikazzjoni li għandek m’Alla. Ġeħova jridna niftħu qalbna miegħu permezz tat-​talb. (Salm 62:8) Nagħmlu tajjeb li nistaqsu lilna nfusna l-​mistoqsija: ‘It-​talb tiegħi spiss ikun taʼ malajr, dejjem l-​istess, jew inkella jkun talb bil-​ħsieb, u mill-​qalb?’ Bla dubju, inti tħobbu ħafna lil Ġeħova, u trid iżżomm ir-​relazzjoni tiegħek miegħu soda. Biex tagħmel dan, int għandek bżonn tikkomunika miegħu b’mod regolari. Għidlu s-​sentimenti personali tiegħek. Għidlu dak li jagħmlek ferħan u dak li jagħmlek imdejjaq. Kun ċert li tistaʼ tmur għandu għall-​għajnuna.

6. X’hemm bżonn li nagħmlu biex nibqgħu qrib Missierna tas-​sema?

6 Biex nibqgħu qrib Missierna tas-​sema, aħna għandna nkunu grati lejh. Aħna naqblu mas-​salmista li kiteb: “Int għamilt ħafna affarijiet, iva, għemejjel taʼ l-​għaġeb, O Ġeħova Alla tiegħi, u ħsibijietek huma dwarna; ħadd ma jistaʼ jitqabbel miegħek. Kieku kelli ngħid u nitkellem dwarhom, kienu jkunu ferm iżjed milli nistaʼ nsemmi.” (Salm 40:5) Aħna mhux biss napprezzaw dak li Ġeħova għamel għalina, imma nuru l-​apprezzament ukoll bil-​kliem u bl-​azzjonijiet tagħna. Dan juri li aħna differenti minn ħafna min-​nies tal-​lum. Aħna ngħixu f’dinja fejn in-​nies ma japprezzawx dak kollu li Alla għamel għalihom. Fil-​fatt, raġuni waħda li turi li qegħdin ngħixu “fl-​aħħar jiem” hi li n-​nies ikunu ingrati. (2 Tim. 3:1, 2) Jalla qatt maʼ jkollna din l-​attitudni.

7. Ġeħova xi jridna nagħmlu u għala?

7 Il-​ġenituri ma jridux li t-​tfal tagħhom jiġġieldu, imma jkunu ħbieb. Bl-​istess mod, Ġeħova jrid lill-​qaddejja kollha tiegħu biex ikunu ħbieb. Fil-​fatt, l-​imħabba taʼ bejnietna turi li aħna Kristjani vera. (Ġw. 13:35) Aħna naqblu mas-​salmista li kiteb: “Kemm hu tajjeb u sabiħ li l-​aħwa jgħammru flimkien f’unità!” (Salm 133:1) Meta nħobbu lil ħutna, aħna nuru lil Ġeħova li nħobbuh. (1 Ġw. 4:20) Kemm hi xi ħaġa sabiħa li tkun parti minn familja taʼ aħwa rġiel u nisa li huma ‘qalbhom tajba maʼ xulxin, jagħdru b’tenerezza’!—Efes. 4:32.

META TOBDI TURI LI TĦOBB

Ħu żagħżugħ jirrifjuta sigarett li qed joffrilu wieħed tal-klassi.

Ara paragrafu 8

8. Skont l-​1 Ġwanni 5:3, x’inhi r-​raġuni primarja li aħna nobdu lil Ġeħova?

8 Ġeħova jistenna li t-​tfal jobdu lill-​ġenituri tagħhom, u hu jistenna li aħna nobdu lilu. (Efes. 6:1) Hu jixraqlu li aħna nkunu ubbidjenti lejh għax hu l-​Ħallieq tagħna, Dak li jsostni l-​ħajja tagħna, u l-​aktar ġenitur għaref. Imma r-​raġuni primarja li aħna nobdu lil Ġeħova hi għax inħobbuh. (Aqra l-​1 Ġwanni 5:3.) Minkejja li hemm ħafna raġunijiet għala nobdu lil Ġeħova, hu ma jisforzaniex biex nobduh. Ġeħova tana r-​rigal tal-​libertà tal-​għażla, għalhekk hu jkun ferħan meta aħna nagħżlu li nobduh għax inħobbuh.

9-10. Għala hu importanti li tkun taf ir-​regoli taʼ Ġeħova u tobdihom?

9 Il-​ġenituri jridu jipproteġu lit-​tfal tagħhom. Għalhekk, huma jagħmlu regoli biex jipproteġuhom. Meta t-​tfal jobdu dawn ir-​regoli, huma juru li jafdaw lill-​ġenituri tagħhom u jirrispettawhom. Mela, kemm hu iktar importanti li nkunu nafu r-​regoli taʼ Missierna tas-​sema u nobduhom. Meta nagħmlu hekk, aħna nuru lil Ġeħova li nħobbuh u nirrispettawh, u nkunu qed nibbenefikaw aħna wkoll. (Is. 48:17, 18) Imma dawk kollha li ma jobdux ir-​regoli taʼ Ġeħova jispiċċaw iweġġgħu lilhom infushom.—Gal. 6:7, 8.

10 Meta ngħixu ħajjitna b’mod li jogħġob lil Ġeħova, inkunu protetti minn affarijiet li jistgħu jweġġgħuna fiżikament u emozzjonalment, jew li jistgħu jagħmlu l-​ħsara r-​relazzjoni tagħna miegħu. Ġeħova jaf x’inhu l-​aħjar għalina. Aurora, li tgħix fl-​Istati Uniti tgħid, “Jien naf li meta nobdi lil Ġeħova dejjem jirriżulta fl-​aħjar ħajja possibbli.” Kemm hu minnu dan! Kif ibbenefikajt int meta obdejt id-​direzzjoni bi mħabba taʼ Ġeħova?

11. It-​talb kif jgħinna?

11 It-​talb jgħinna nkunu ubbidjenti, anka meta ma jkunx faċli. Xi kultant, ikun diffiċli biex nobdu lil Ġeħova, imma aħna rridu niġġieldu t-​tendenza li nidinbu. Is-​salmista talab lil Alla mill-​qalb: “Qajjem fija x-​xewqa li nobdik.” (Salm 51:12) Denise, li hi pijuniera regulari, tgħid, “Jekk insibha diffiċli biex nobdi kmand taʼ Ġeħova, nitlob biex ikolli s-​saħħa ħalli nagħmel dak li hu tajjeb.” Nistgħu nkunu ċerti li Ġeħova dejjem jismaʼ talb bħal dan.—Luqa 11:9-​13.

GĦIN LIL OĦRAJN IĦOBBU LIL MISSIERNA

12. Skont Efesin 5:1, xi rridu nagħmlu?

12 Aqra Efesin 5:1. Bħala “wlied maħbubin” taʼ Ġeħova, aħna nagħmlu l-​almu tagħna biex nimitawh. Aħna nimitawh meta nuru ħlewwa, imħabba, u naħfru lil xulxin. Meta dawk li ma jafux lil Alla jaraw il-​kondotta tajba tagħna, huma jistgħu jkunu motivati biex jitgħallmu iktar dwaru. (1 Pt. 2:12) Ġenituri Kristjani għandhom raġuni tajba biex jimitaw lil Ġeħova fil-​mod kif jittrattaw lit-​tfal tagħhom. Meta l-​ġenituri jimitaw lil Ġeħova, it-​tfal tagħhom x’aktarx ikunu jridu jsiru l-​ħbieb tiegħu.

Ħu qed juri fuljett lil raġel li jaħdem ġo vann li jbigħ l-ikel.

Ara paragrafu 13

13. Xi rridu nagħmlu biex insiru kuraġġużi?

13 Tifel żgħir ikun kburi b’missieru u jieħu pjaċir jitkellem dwaru. Bl-​istess mod, aħna kburin b’Missierna tas-​sema, Ġeħova, u rridu li oħrajn isiru jafuh ukoll. F’qalbna, aħna nħossuna bħalma ħassu s-​Sultan David, li kiteb: “Ruħi se tiftaħar b’Ġeħova.” (Salm 34:2) Imma xi ngħidu jekk nistħu? Kif nistgħu nsiru kuraġġużi? Aħna nsiru kuraġġużi meta naħsbu kemm nistgħu nferrħu lil Ġeħova u kemm jibbenefikaw oħrajn meta jitgħallmu dwaru. Ġeħova se jagħtina l-​kuraġġ li għandna bżonn. Hu għen lil ħutna tal-​ewwel seklu jsiru kuraġġużi, u se jgħin lilna wkoll.—1 Tess. 2:2.

14. X’inhuma xi raġunijiet importanti għala nagħmlu dixxipli?

14 Ġeħova mhux parzjali, allura jieħu pjaċir meta jarana nuru mħabba maʼ kulħadd. (Atti 10:34, 35) Wieħed mill-​aħjar modi kif nuru l-​imħabba m’oħrajn huwa billi naqsmu l-​aħbar tajba magħhom. (Mt. 28:19, 20) X’riżultat jistaʼ jħalli dan ix-​xogħol? Dawk li jisimgħuna jistgħu jtejbu l-​mod kif jgħixu ħajjithom issa u jkollhom it-​tama li jgħixu għal dejjem f’Ġenna tal-​art.—1 Tim. 4:16.

ĦOBB LIL MISSIERNA U TKUN FERĦAN

15-16. Liema raġunijiet għandna biex inkunu ferħanin?

15 Ġeħova huwa ġenitur kollu mħabba, għalhekk irid li l-​familja tiegħu tkun ferħana. (Is. 65:14) Minkejja li forsi qed niffaċċjaw xi problemi, xorta għandna ħafna raġunijiet għala nistgħu nkunu ferħanin. Pereżempju, aħna ċerti li Missierna tas-​sema jħobbna ħafna. Fil-​fatt, għandna għarfien eżatt dwar il-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja. (Ġer. 15:16) Ukoll, aħna nagħmlu parti minn familja unika li hi magħmula minn bnedmin li jħobbu lil Ġeħova, iħobbu l-​livelli morali tiegħu, u jħobbu lil xulxin.—Salm 106:4, 5.

16 Aħna nistgħu nkunu dejjem ferħanin għax nafu li fil-​futur il-​ħajja ħa tkun aħjar. Aħna nafu li Ġeħova dalwaqt se jeqred lin-​nies ħżiena kollha u se juża s-​Saltna tiegħu biex jagħmel l-​art kollha ġenna. Għandna wkoll it-​tama li dawk kollha li mietu se jiġu rxoxtati u jerġgħu jingħaqdu magħna. (Ġw. 5:28, 29) Kemm se jġibilna ferħ dan! U l-​iktar importanti, aħna ċerti li dawk kollha fis-​sema u fuq l-​art dalwaqt se jagħtu l-​unur, il-​glorja, u d-​devozzjoni li jixraqlu Missierna tas-​sema.

GĦALA TĦOSS LI GĦANDEK . . .

  • titlob spiss?

  • tobdi lil Ġeħova?

  • titkellem m’oħrajn dwar Missierna tas-​sema?

GĦANJA 12 Kbir Alla Ġeħova

a Aħna nafu li Missierna, Ġeħova, iħobbna ħafna u għamilha possibbli li nkunu parti mill-​familja tiegħu biex inqimuh. Għalhekk, aħna nħobbuh. Kif nistgħu nuru lil Missierna li nħobbuh? Dan l-​artiklu se jikkunsidra xi affarijiet speċifiċi li nistgħu nagħmlu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja