LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp21 Nru. 1 pp. 14-15
  • It-Talb Kif Jistaʼ Jgħinek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Talb Kif Jistaʼ Jgħinek?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
  • Materjal Simili
  • Ersaq Qrib Lejn Alla bit-​Talb
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Il-privileġġ tat-talb
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Bit-Talb Issir Iżjed Ħabib t’Alla
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Kif Tikseb Għajnuna Permezz Tat-Talb
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
wp21 Nru. 1 pp. 14-15

It-Talb Kif Jistaʼ Jgħinek?

Meta Pamela ffaċċjat marda serja, hi fittxet għajnuna medika professjonali. Ukoll, hi talbet lil Alla biex isaħħaħha ħalli tissaporti din is-​sitwazzjoni diffiċli. Għenha t-​talb?

Pamela tispjega: “Meta kont għaddejja bit-​trattament tal-​kanser, spiss kont inħossni mbeżżgħa. Imma meta tlabt lil Alla Ġeħova, ħassejtni kalma u stajt niffaċċja s-​sitwazzjoni aħjar. Xorta għadni nbati b’ħafna wġigħ, imma t-​talb jgħinni nibqaʼ pożittiva. Meta n-​nies isaqsuni kif jien, ngħidilhom, ‘Għalkemm għadu m’għaddilix, xorta ferħana!’”

M’għandniex għalfejn nistennew li nimirdu serjament jew li niġu effettwati bi problemi kbar biex nitolbu. Meta niffaċċjaw il-​problemi, spiss kollha kemm aħna jkollna bżonn l-​għajnuna. Jistaʼ jgħinna t-​talb?

Il-​Bibbja tgħidilna biex inħallu l-​problemi tagħna maʼ Ġeħova. Hu dejjem se jkun hemm għalina u jagħtina l-​għajnuna li għandna bżonn. (Salm 55:22) Xi ħsieb inkuraġġanti! Allura kif jistaʼ jgħinek it-​talb? Meta titlob lil Alla bil-​mod li jixtieq hu, se jagħtik dak li għandek bżonn biex tiffaċċja l-​problemi tiegħek.—Ara l-​kaxxa “Kif Se Jgħinek it-​Talb?”

Kif Se Jgħinek It-​Talb?

Moħħok mistrieħ

Ir-raġel li qabel tilef ix-xogħol issa qed jitbissem.

“Ħallu lil Alla jkun jaf x’teħtieġu; u l-​paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb tgħasses lil qalbkom u l-​qawwa mentali tagħkom permezz taʼ Kristu Ġesù.” (Filippin 4:6, 7) Fi kliem ieħor, meta tgħid lil Alla dwar il-​problemi li għandek, hu se jgħinek biex tibqaʼ kalm u tieħu deċiżjonijiet tajbin meta tkun stressat.

Għerf mingħand Alla

Il-mara li qabel bdiet titlob minn ktieb issa qed taqra l-Bibbja.

“Jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-​għerf, ħa jibqaʼ jitlob lil Alla, għax hu jagħti b’mod ġeneruż u mingħajr ma jċanfar lil ħadd; u jingħatalu.” (Ġakbu 1:5) Meta nkunu stressati, mhux dejjem nieħdu l-​aħjar deċiżjonijiet. Jekk titlob għall-​għerf, Alla jistaʼ jfakkrek il-​prinċipji tal-​Bibbja li jistgħu jgħinuk.

Jgħinek tissaporti

Il-koppja li kienu l-isptar issa qed jimxu. Ir-raġel jgħin lill-mara tuża bastun.

“Għal kollox għandi s-​saħħa permezz taʼ dak li jagħtini l-​qawwa.” (Filippin 4:13) Ġeħova, l-​Alla li Jistaʼ Kollox, jistaʼ jagħtik is-​saħħa li għandek bżonn biex tkampa mal-​isfidi li għandek jew jistaʼ jgħinek fil-​problemi tiegħek. (Isaija 40:29) Il-​Bibbja ssejjaħ ukoll lil Ġeħova “l-​Alla taʼ kull faraġ.”—2 Korintin 1:3, 4.

SE TĦALLI LIT-​TALB JGĦINEK?

Ovvjament, Ġeħova ma jisforzakx biex titolbu. Minflok, hu bi mħabba jħeġġek biex titlob lilu. (Ġeremija 29:11, 12) Imma xi ngħidu jekk fil-​passat ħassejt li t-​talb tiegħek ma ġiex imwieġeb? Taqtax qalbek! Ġenituri li jħobbu lit-​tfal tagħhom mhux bilfors se jgħinuhom eżatt kif jaħsbu jew fil-​ħin li jistennew it-​tfal tagħhom. Forsi l-​ġenituri għandhom idea aħjar. Li nafu żgur hu, li l-​imħabba tal-​ġenituri tqanqalhom biex jgħinu lit-​tfal.

Alla Ġeħova huwa l-​iżjed missier li jħobb u hu jrid jgħinek ukoll. Jekk teżamina sew il-​pariri li għadna kif iddiskutejna mill-​Bibbja u  tagħmel l-​aħjar li tistaʼ biex tapplikahom, Alla se jwieġeb it-​talb tiegħek bl-​aħjar mod possibbli!—Salm 34:15; Mattew 7:7-11.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja