LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w21 Frar p. 25
  • Bis-​Saħħa taʼ Tbissima!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Bis-​Saħħa taʼ Tbissima!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Materjal Simili
  • Niftakru fil-Ħallieq Tagħna miż-Żgħożija ’l Quddiem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • L-Ommijiet Għandhom Ħafna X’Jagħmlu
    Stenbaħ!—2002
  • Benefiċċji minn madwar id-dinja tal-għoti taʼ xhieda bl-istands
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
  • L-imħabba tidentifika lill-Kristjani veri—Ipproteġi l-unità prezzjuża
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
w21 Frar p. 25

Bis-​Saħħa taʼ Tbissima!

Helen bilwieqfa fejn it-​trolley titbissem waqt li żewġ tfajliet ikunu għaddejjin.

ŻEWĠ tfajliet kienu mexjin flimkien fil-​Belt taʼ Baguio, il-​Filippini. Huma raw l-​aħwa bit-​trolley imma ma resqux viċin tiegħu. Helen, l-​oħt li kienet maġenb it-​trolley, tbissmitilhom. It-​tfajliet baqgħu għaddejjin, imma t-​tbissima taʼ Helen laqtithom.

Iktar tard, waqt li kienu fuq tal-​linja biex imorru d-​dar, mat-​triq raw Sala tas-​Saltna b’sinjal kbir tal-​jw.org. Huma ftakru li kienu raw dak is-​sinjal fuq it-​trolley. Għalhekk, niżlu minn fuq tal-​linja u marru jiċċekkjaw l-​iskeda tal-​laqgħat li jkun hemm f’dik is-​Sala tas-​Saltna.

L-​istess tfajliet qed jitbissmu hekk kif jaraw lil Helen fis-​Sala tas-​Saltna.

Imbagħad, iż-​żewġ tfajliet attendew l-​ewwel laqgħa li kien hemm. U maʼ min taħseb li ltaqgħu meta daħlu fis-​Sala tas-​Saltna? Maʼ Helen! Huma mill-​ewwel ftakru li kienet il-​mara li tbissmitilhom. Helen qalet: “Malli ġew fuqi biex ikellmuni, inħsadt. Ħsibt li għamilt xi ħaġa ħażina.” Imma t-​tfajliet spjegaw lil Helen li huma kienu rawha bit-​trolley.

It-​tfajliet ħadu pjaċir fil-​laqgħa u ħassewhom komdi jitkellmu mal-​aħwa. Meta raw l-​aħwa jnaddfu s-​sala, huma riedu jgħinu. Waħda mit-​tfajliet m’għadhiex tgħix il-​Filippini, imma t-​tfajla l-​oħra bdiet tattendi l-​laqgħat u bdiet studju tal-​Bibbja, bis-​saħħa taʼ tbissima!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja