LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w21 Mejju p. 31
  • Kont Taf?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kont Taf?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ID-​DGĦAJJES TAL-​PAPIRU KIF KIENU JSIRU?
  • GĦALA DAWK LI KIENU JAGĦMLU D-​DGĦAJJES UŻAW IL-​PAPIRU?
  • Il-Bibbja—Storja Rimarkevoli taʼ Kif Baqgħet Teżisti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
w21 Mejju p. 31

Kont Taf?

Fi żminijiet Bibliċi kienu jużaw il-​papiru biex jagħmlu d-​dgħajjes?

Pjanta tal-​papiru

ĦAFNA nies jafu li żmien ilu n-​nies fl-​Eġittu kienu jiktbu fuq karti magħmulin mill-​papiru. Il-​Griegi kif ukoll ir-​Rumani kienu jiktbu fuq il-​papiru.a Forsi ħafna ma jafux li l-​papiru kien jintuża wkoll biex jagħmlu d-​dgħajjes minnu.

Żewġ dgħajjes li nstabu ġo qabar fl-​Eġittu

Madwar 2,500 sena ilu, il-​profeta Isaija kiteb li n-​nies li qegħdin jgħixu ‘fir-​reġjun tax-​xmajjar taʼ l-​Etjopja bagħtu lil xi wħud bil-​baħar, u bil-​bastimenti tal-​papiru fuq wiċċ l-​ilmijiet.’ Iktar tard, il-​profeta Ġeremija bassar li meta l-​Medi u l-​Persjani kienu se jinvadu l-​belt taʼ Babilonja, kienu se jaħarqu “d-​dgħajjes tal-​papiru” biex il-​Babiloniżi ma jkunux jistgħu jaħarbu.—Is. 18:1, 2; Ġer. 51:32.

L-​arkeoloġi sabu li fi żminijiet Bibliċi, il-​papiru kienu jużawh biex jagħmlu d-​dgħajjes. Dan ma jissorprendix lill-​istudenti tal-​Bibbja għax jafu li l-​Bibbja hi ispirata minn Alla. (2 Tim. 3:16) Allura x’sabu? L-​arkeoloġi sabu d-​dettalji taʼ kif kienu jagħmlu d-​dgħajjes tal-​papiru fl-​Eġittu.

ID-​DGĦAJJES TAL-​PAPIRU KIF KIENU JSIRU?

Fl-​oqbra Eġizzjani nstabu tpinġijiet u tinqix mal-​ħajt li juru kif huma kienu jaqtgħu l-​papiru u jagħmlu d-​dgħajjes minnu. L-​irġiel kienu l-​ewwel jaqtgħu z-​zkuk tal-​papiru, jorbtuhom ftit ftit, u mbagħad jissikkawhom kollha flimkien. Iz-​zkuk tal-​papiru huma trijangulari. Allura, meta kienu jorbtuhom flimkien kienu jiġu sodi ħafna. Ktieb dwar l-​istorja tal-​Eġittu jgħid li dawn id-​dgħajjes tal-​papiru kienu jkunu twal madwar 17-​il metru, u spazjużi tant li setaʼ jkollhom minn 10 sa 12-​il moqdief fuq kull naħa.

Ħajt fl-​Eġittu li fuqu hemm imnaqqax kif kienu jagħmlu dgħajsa tal-​papiru

GĦALA DAWK LI KIENU JAGĦMLU D-​DGĦAJJES UŻAW IL-​PAPIRU?

Fl-​Eġittu kienu jikbru ħafna pjanti tal-​papiru fil-​Wied tax-​Xmara Nil. Barra minn hekk, id-​dgħajjes tal-​papiru kien faċli biex tagħmilhom. Anki meta beda jintuża l-​injam biex jagħmlu dgħajjes kbar, milli jidher is-​sajjieda u l-​kaċċaturi baqgħu jagħmlu ċattri u dgħajjes żgħar mill-​papiru.

Għal ħafna żmien, in-​nies baqgħu jużaw id-​dgħajjes tal-​papiru. Plutarch, kittieb Grieg li għex fi żmien l-​appostli, qal li xi nies fi żmienu kienu għadhom jużaw id-​dgħajjes tal-​papiru.

a Il-​papiru jikber f’art niedja u fi xmajjar fejn ma jkunx hemm kurrent. Din il-​pjanta tistaʼ tikber f’għoli taʼ madwar 5 metri, u z-​zokk jistaʼ jkun oħxon sa madwar 15-​il ċentimetru.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja