LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w21 Ġunju p. 25
  • Kont Taf?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kont Taf?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Materjal Simili
  • Mattew jiġi msejjaħ
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • It-Taxxi—Għandek Tħallashom?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Stedina bl-Imħabba lill-Uħud Għajjenin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
w21 Ġunju p. 25
Ġesù b’dinar f’idu.

Kont Taf?

Fi żmien Ġesù, in-nies liema taxxi kellhom iħallsu?

GĦAL ħafna snin l-​Iżraelin kienu jagħtu l-​flus biex jappoġġaw il-​qima vera. Imma sa żmien Ġesù, il-​Lhud kellhom iħallsu ħafna taxxi u għalhekk il-​ħajja kienet saret diffiċli ħafna.

Biex jappoġġaw it-​tabernaklu u iktar tard it-​tempju, l-​irġiel Lhud kellhom iħallsu nofs xekel (żewġ drakmi). Fi żmien Ġesù, din it-​taxxa kienet tintuża għas-​sagrifiċċji u biex jinżamm sew it-​tempju li bena Erodi. Xi Lhud staqsew lil Pietru jekk Ġesù kienx iħallas din it-​taxxa. Ġesù ma qalx li kien ħażin, fil-​fatt, hu qal lil Pietru fejn kellu jsib munita biex iħallas it-​taxxa.—Mt. 17:24-​27.

F’dak iż-​żmien il-​poplu t’Alla kellu jħallas taxxa oħra li kienet tissejjaħ l-​għexur. L-​għexur kienet parti minn għaxra, jiġifieri, għaxra fil-​mija. Għalhekk kellhom jagħtu wieħed minn kull għaxra tal-​ħxejjex jew id-​dħul li kellhom. (Lev. 27:30-​32; Num. 18:26-​28) Il-​mexxejja reliġjużi qalu li n-​nies għandhom jagħmlu ċert li jħallsu din it-​taxxa fuq il-​ħxejjex kollha anke fuq in-​“nagħniegħ, il-​bużbież, u l-​kemmun.” Ġesù ma qalx li kien ħażin li n-​nies iħallsu l-​għexur, imma l-​mod kif l-​iskribi u l-​Fariżej applikaw il-​liġi dwar l-​għexur kien ħażin.—Mt. 23:23.

Barra minn hekk, dak iż-​żmien il-​Lhud kellhom iħallsu ħafna taxxi oħrajn lir-​Rumani li kienu qed imexxu fuqhom. Pereżempju, dawk li kellhom ir-​rabaʼ kellhom iħallsu t-​taxxa bil-​flus jew bil-​prodotti tagħhom. In-​nies kellhom iħallsu bejn wieħed minn kull erbgħa u wieħed minn kull ħamsa tal-​prodotti li kien ikollhom. Kull Lhudi kellu jħallas taxxa oħra fuq kull ras. Il-​Fariżej kienu staqsew lil Ġesù dwar din it-​taxxa. Hu wera kif għandha tkun il-​ħarsa tagħna lejn it-​taxxi meta qal: “Agħtu lura lil Ċesari dak li hu taʼ Ċesari, imma lil Alla dak li hu t’Alla.”—Mt. 22:15-​22.

Kien hemm taxxa wkoll fuq l-​affarijiet li jidħlu u joħorġu mill-​pajjiż. Din it-​taxxa kienet tinġabar fil-​portijiet, fil-​pontijiet, f’salib it-​toroq, jew huma u deħlin fl-​irħula jew fuq il-​monti.

It-​taxxi kollha li kellhom iħallsu n-​nies taħt il-​ħakma Rumana kienu taʼ piż kbir. Skont l-​istudjuż tal-​istorja Taċitu, taħt it-​tmexxija tal-​Imperatur Ruman Tiberju, meta Ġesù kien fuq l-​art, “is-​Sirjani u l-​Lhud kienu jitolbu biex ma jħallsux daqshekk taxxi għax kien sar diffiċli wisq għalihom.”

It-​toqol kien sar iktar diffiċli minħabba li dawk li kienu qed jiġbru t-​taxxi kienu qed jitolbu iktar flus milli suppost. Ix-​xogħol taʼ kollettur tat-​taxxi kien jingħata lil dik il-​persuna li toffri l-​iktar flus għalih. Imbagħad hu jqabbad lil nies oħrajn biex jiġbru t-​taxxi u dawn jipprovaw jagħmlu l-​qligħ minn dan ix-​xogħol. Milli jidher, Żakkew kellu ħafna kolletturi jaħdmu għalih. (Lq. 19:1, 2) Mhux taʼ b’xejn li n-​nies kienu rrabjati ħafna u kienu jobogħdu lil dawk li jiġbru t-​taxxi mingħandhom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja