LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp22 Nru. 1 pp. 4-5
  • Ħafna Nies Għala Jobogħdu lil Oħrajn?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħafna Nies Għala Jobogħdu lil Oħrajn?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’Inhi l-​Mibegħda?
  • IN-​NIES GĦALA JIBDEW JOBOGĦDU?
  • KIF TINFIREX
  • IL-​BIBBJA TURI MINN FEJN BDIET IL-​MIBEGĦDA
  • Aħna Nistgħu Negħlbu l-Mibegħda!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
  • Il-Mibegħda Se Tispiċċa Darba għal Dejjem!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
  • Għaliex Hawn Daqshekk Mibegħda?—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Introduzzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
wp22 Nru. 1 pp. 4-5

Ħafna Nies Għala Jobogħdu lil Oħrajn?

Għala hawn daqshekk mibegħda fid-​dinja, qisu xi ċiklu ikrah li ma jispiċċa qatt? Biex nifhmu għala, irridu nkunu nafu x’inhi l-​mibegħda, għala n-​nies jibdew jobogħdu, u għala hawn daqshekk mibegħda maʼ kullimkien.

X’Inhi l-​Mibegħda?

Il-​mibegħda hi meta persuna tħoss rabja kbira jew nuqqas taʼ mħabba lejn xi ħaddieħor jew xi grupp taʼ nies. Il-​mibegħda mhijiex xi ħaġa li ddum ftit żmien biss u mbagħad tgħaddi.

IN-​NIES GĦALA JIBDEW JOBOGĦDU?

Hemm ħafna raġunijiet għala n-​nies jibdew jobogħdu. Jistaʼ jkun li huma jobogħdu lil ħaddieħor mhux għax dawn ikunu għamlu xi ħaġa ħażina, imma jobogħduhom minħabba t-​tip taʼ nies li huma. Jistaʼ jkun li jaħsbu li huma nies ħżiena, perikolużi, u ma jinbidlu qatt. Huma jqisuhom bħala nies inferjuri jew li jaqilgħu l-​inkwiet u l-​problemi. Xi nies jibdew jobogħdu lil oħrajn għax huma stess ikunu għaddew minn vjolenza, inġustizzja, jew xi ħaġa oħra.

KIF TINFIREX

Xi drabi, xi ħadd jobgħod lil xi nies meta fir-​realtà lanqas qatt ma jkun iltaqaʼ magħhom. Pereżempju, xi nies jiġu influwenzati minn x’jaħsbu tal-​familja jew il-​ħbieb tagħhom. Dawn jistgħu faċilment jibdew jaħsbuha bħalhom u jibdew juru mibegħda huma wkoll.

Mela meta nifhmu kemm huwa faċli biex tinfirex il-​mibegħda, nistgħu nifhmu għala ħafna nies jobogħdu lil oħrajn. Madankollu, biex inwaqqfu l-​mibegħda li hawn fid-​dinja, irridu l-​ewwel naraw minn fejn bdiet il-​mibegħda. Il-​Bibbja titkellem dwar dan.

IL-​BIBBJA TURI MINN FEJN BDIET IL-​MIBEGĦDA

Stampa taʼ żewġ vleġeġ iduru lejn xulxin, biex jirrappreżentaw l-​affarijiet li jġibu l-​mibegħda. 1. Informazzjoni żbaljata, minn nies fl-​istess grupp, mill-​internet, u mill-​aħbarijiet. 2. Nuqqas taʼ tagħrif dwar il-​kultura, ir-​razza, jew ir-​reliġjon. 3. Biżaʼ li se tinbidel xi ħaġa, se tispiċċa xi ħaġa, jew se jiġri xi ħaġa. 4. Mibegħda, inkluż il-​preġudizzju, id-​diskriminazzjoni, u l-​vjolenza.

MA KINUX IN-​NIES LI BDEW JURU L-​MIBEGĦDA. Kollox beda meta anġlu fis-​sema, li sar jismu Satana x-​Xitan, irribella kontra Alla. Ix-​Xitan “kien qattiel meta beda” jiħodha kontra Alla. Hu qed ikompli jġiegħel lin-​nies jobogħdu u jirrabjaw għax hu “giddieb u missier il-​gidba.” (Ġwanni 8:44; 1 Ġwanni 3:11, 12) Il-​Bibbja tiddeskrivih bħala bla qalb, irrabjat, u aggressiv.—Ġob 2:7; Rivelazzjoni 12:9, 12, 17.

NIES IMPERFETTI GĦANDHOM IT-​TENDENZA LI JOBOGĦDU. L-​ewwel raġel Adam għamel bħal Satana. Minħabba fih, il-​bnedmin kollha wirtu d-​dnub u saru imperfetti. (Rumani 5:12) Kajjin, it-​tifel il-​kbir t’Adam, qatel lil ħuh Abel għax kien jobogħdu. (1 Ġwanni 3:12) Veru, ħafna nies juru mħabba u mogħdrija. Imma minħabba d-​dnub li writna, ħafna għandhom tendenza li jkunu egoisti, għajjurin, u mkabbrin, u dan iġegħelhom jobogħdu.—2 Timotju 3:1-​5.

IL-​MIBEGĦDA TIŻDIED FEJN IKUN HEMM L-​INTOLLERANZA. Id-​dinja li ngħixu fiha hi favur il-​mibegħda għax tħeġġeġ lin-​nies biex jaħsbu u jaġixxu bla qalb. L-​intolleranza, il-​preġudizzju, it-​tgħajjir, il-​bullying, u l-​vandaliżmu jeżistu għax “id-​dinja kollha qiegħda taħt il-​qawwa tal-​Ħażin,” Satana x-​Xitan.—1 Ġwanni 5:19.

Madankollu, il-​Bibbja ma tgħidilniex biss kif bdiet il-​mibegħda. Tgħidilna wkoll x’inhi s-​soluzzjoni.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja