LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w22 April pp. 2-3
  • Kif Tistaʼ Tkampa Meta Tħossok Ansjuż?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tistaʼ Tkampa Meta Tħossok Ansjuż?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’GĦEN LIL DAVID IKAMPA META ĦASSU ANSJUŻ?
  • IMITA LIL DAVID META TKUN ANSJUŻ
  • ĠEĦOVA SE JGĦINEK TKAMPA
  • Itfgħu l-​ansjetà kollha tagħkom fuq Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Itfaʼ l-Anzjetà Kollha Tiegħek fuq Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • X’tgħid il-Bibbja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Kif nistaʼ nkampa mal-ansjetà?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
w22 April pp. 2-3
Ħu qed jitlob għal mara tiegħu li qiegħda l-​isptar.

Kif Tistaʼ Tkampa Meta Tħossok Ansjuż?

L-​ANSJETÀ tistaʼ tkun bħal toqol għalina. (Prov. 12:25) Ġieli batejt minħabba li ħassejtek ansjuż? Ġieli ħassejtek ma tiflaħx iktar? Jekk iva, m’intix waħdek. Ħafna minna jħossuhom għajjenin, ansjużi, u dipressi minħabba diversi raġunijiet. Pereżempju, uħud jieħdu ħsieb lil xi ħadd tal-​familja li jkun marid, xi wħud tilfu lil xi ħadd li jħobbu fil-​mewt, u oħrajn qed ibatu minħabba xi diżastru naturali. X’jistaʼ jgħinna nkampaw meta nkunu ansjużi?a

Billi naraw l-​eżempju tas-​Sultan David, nistgħu nitgħallmu kif inkampaw mal-​ansjetà. Hu għadda minn ħafna sitwazzjonijiet diffiċli f’ħajtu, saħansitra ffaċċja l-​mewt. (1 Sam. 17:34, 35; 18:10, 11) X’għen lil David ikampa meta ħassu ansjuż? Kif nistgħu nimitaw l-​eżempju tiegħu?

X’GĦEN LIL DAVID IKAMPA META ĦASSU ANSJUŻ?

David iffaċċja diversi provi f’daqqa. Aħseb x’ġara meta kien qed jaħrab mis-​Sultan Sawl li kien qed jipprova joqtlu. Meta David u l-​irġiel tiegħu marru lura d-​dar f’Siklag sabu li l-​għedewwa tagħhom kienu serqulhom kollox, ħarqulhom id-​djar, u anke ħadu lill-​familji tagħhom bħala lsiera. David kif ħassu? “David u n-​nies li kienu miegħu bdew jgħollu leħinhom u jibku, sakemm ma felħux jibku iktar.” Imma David kellu iktar għaliex jinkwieta, l-​irġiel li kienu miegħu “qalu li riedu jħaġġruh.” (1 Sam. 30:1-​6) Mela hu kien qed jiffaċċja tliet problemi kbar f’daqqa: Il-​familja tiegħu kienet fil-​periklu, beda jibżaʼ li l-​irġiel li kienu miegħu kienu se jippruvaw joqtluh, u s-​Sultan Sawl kien għadu qed jiġri warajh biex joqtlu. Immaġina kemm ħassu ansjuż David!

David x’għamel? Hu mill-​ewwel “saħħaħ lilu nnifsu permezz taʼ Ġeħova Alla tiegħu.” Kif? Aħna nafu li David kellu d-​drawwa li jitlob lil Ġeħova għall-​għajnuna u jaħseb kif Ġeħova kien għenu qabel. (1 Sam. 17:37; Salm 18:2, 6) David kien jaf li kellu bżonn l-​għajnuna taʼ Ġeħova għalhekk talbu biex jgħidlu x’għandu jagħmel. Wara li Ġeħova qallu x’għandu jagħmel, hu mill-​ewwel obda. B’hekk, hu u l-​irġiel tiegħu ġew imberkin minn Ġeħova, ħadu lura lill-​familji tagħhom, u dak kollu li kienu serqulhom. (1 Sam. 30:7-​9, 18, 19) Innotajt x’kienu t-​tliet affarijiet li David għamel? Hu talab lil Ġeħova għall-​għajnuna, ħaseb fuq kif Ġeħova għenu qabel, u aġixxa fuq id-​direzzjoni li tah. Kif nistgħu nimitaw lil David? Ejja naraw tliet modi.

IMITA LIL DAVID META TKUN ANSJUŻ

Grupp taʼ stampi: Affarijiet li għandna nagħmlu meta nkunu ansjużi. 1. Itlob. Ħu qed jitlob għal mara tiegħu li qiegħda l-​isptar. 2. Aħseb. Il-​ħu jiftakar meta kien l-​isptar u ħu ieħor qasam vers mill-​Bibbja miegħu. 3. Aġixxi. Il-​ħu qiegħed bilqiegħda mal-​mara tiegħu li hi marida u qed jaqsam vers mill-​Bibbja magħha.

1. Itlob. Kull darba li nibdew inħossuna ansjużi, aħna nistgħu nitolbu lil Ġeħova biex jgħinna u jurina x’għandna nagħmlu. Meta niftħu qalbna maʼ Ġeħova u ngħidulu dak li jinkwetana, jistaʼ jgħinna nħossuna aħjar, anke jekk it-​talba tkun qasira u sempliċi. Kull darba li nitolbu lil Ġeħova għall-​għajnuna, nkunu qed nuruh li nafdawh, bħalma għamel David li qal: “Ġeħova hu l-​blat għoli u l-​fortizza tiegħi u Dak li jħarrabni. Alla tiegħi hu l-​blata tiegħi. Fih se nistkenn.” (Salm 18:2) Imma t-​talb vera jistaʼ jgħinna? Oħt pijuniera jisimha Kahlia tgħid: “Wara li nitlob inħossni trankwilla. It-​talb jgħinni biex naħseb iktar bħal Ġeħova u biex nafdah iktar.” Mela t-​talb hu rigal tal-​għaġeb li Ġeħova tana biex jgħinna nkampaw mal-​ansjetà.

2. Aħseb kif Ġeħova għenek fil-​passat. Meta taħseb minn xiex għaddejt, tiftakar f’modi kif Ġeħova għenek? Meta naħsbu dwar kif Ġeħova għenna u kif għen lill-​qaddejja tiegħu fil-​passat, aħna se nkunu iktar trankwilli u nafdaw iktar fih. (Salm 18:17-​19) Anzjan jismu Joshua qal: “Għandi lista taʼ talb li Ġeħova wiġibli. Din tgħinni niftakar kemm-​il darba Ġeħova wieġeb it-​talb tiegħi b’mod speċifiku.” Iva, meta naħsbu dwar kif Ġeħova għenna fil-​passat, dan se jagħtina s-​saħħa biex inkomplu niġġieldu ħalli negħlbu l-​ansjetà li jkollna.

3. Aġixxi. Qabel niddeċiedu x’għandna nagħmlu f’sitwazzjoni nistgħu nfittxu fil-​Kelma t’Alla, għax hi gwida taʼ min joqgħod fuqha. (Salm 19:7, 11) Ħafna sabu li meta jagħmlu riċerka fuq skrittura jkunu jistgħu jifhmu aħjar kif il-​vers japplika f’ħajjithom. Anzjan jismu Jarrod jgħid: “Meta nagħmel riċerka tgħinni nitgħallem iktar dwar il-​vers u nifhem dak li Ġeħova jrid jgħidli. Tgħinni wkoll inkun konvint biex nagħmel dak li jgħidli Ġeħova.” Meta nfittxu għall-​gwida taʼ Ġeħova fil-​Bibbja u napplikawha, se jkun iktar faċli għalina li nkunu trankwilli u kuntenti meta nkunu ansjużi.

ĠEĦOVA SE JGĦINEK TKAMPA

David fehem li biex ikampa mal-​ansjetà kellu bżonn l-​għajnuna taʼ Ġeħova. Hu tant apprezza l-​għajnuna li tah li qal: “Permezz t’Alla tiegħi nistaʼ nixxabbat maʼ sur. Hu l-​Alla l-​veru li jħażżimni sew b’enerġija kbira.” (Salm 18:29, 32) Jaf inħossu li l-​problemi tagħna huma diffiċli wisq biex insolvuhom jew nissaportuhom. Imma bl-​għajnuna taʼ Ġeħova, nistgħu nissaportu kwalunkwe prova! Iva, meta nitolbu lil Ġeħova għall-​għajnuna, naħsbu dwar kif għenna fil-​passat, u naġixxu fuq dak li jgħidilna, nistgħu nkunu ċerti li se jagħtina s-​saħħa u jurina dak li rridu nagħmlu biex inkampaw mal-​ansjetà!

a Xi ħadd li jkun għaddej minn ansjetà kbira jaf ikollu bżonn jitkellem maʼ tabib.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja