LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w22 Diċembru pp. 16-21
  • Jistaʼ Jkollok il-Paċi Matul Żmien Diffiċli

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jistaʼ Jkollok il-Paċi Matul Żmien Diffiċli
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • KIF JISTAʼ JKOLLOK IL-PAĊI MATUL XI PANDEMIJA?
  • KIF JISTAʼ JKOLLOK IL-PAĊI META TIFFAĊĊJA DIŻASTRU NATURALI?
  • KIF JISTAʼ JKOLLOK IL-PAĊI META TIĠI PPERSEGWITAT?
  • “L-ALLA TAL-PAĊI JKUN MAGĦKOM”
  • Għin lil Oħrajn Jissaportu Matul Żmien Diffiċli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Il-​paċi—Kif tistaʼ ssibha?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Ħalli “l-Paċi t’Alla” Tgħasses lil Qalbek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Tistaʼ Ssib Paċi f’Din id-Dinja Mimlija Inkwiet?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
w22 Diċembru pp. 16-21

ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 51

Jistaʼ Jkollok il-Paċi Matul Żmien Diffiċli

“Tħallux lil qlubkom jitħawdu u lanqas jitbeżżgħu.” —ĠW. 14:27.

GĦANJA 112 Ġeħova, Alla tal-paċi

ĦARSA BIL-QUDDIEMa

1. “Il-paċi t’Alla” x’inhi, u kif tgħinna? (Filippin 4:6, 7)

HEMM tip taʼ paċi li n-nies fid-dinja ma jafux biha. Din hi “l-paċi t’Alla,” li tiġi meta jkollna ħbiberija tajba maʼ Missierna tas-sema. Meta jkollna l-paċi t’Alla se nħossuna protetti. (Aqra Filippin 4:6, 7.) Se jkollna ħbiberija mill-qrib maʼ dawk li jħobbuh. U se jkollna wkoll ħbiberija mill-qrib “mal-Alla tal-paċi.” (1 Tess. 5:23) Meta nkunu nafu, nafdaw, u nobdu lil Ġeħova, il-paċi tiegħu se tikkalmana meta nkunu qed niffaċċjaw sitwazzjoni diffiċli ħafna.

2. Għala nistgħu nkunu ċerti li jistaʼ jkollna l-paċi t’Alla?

2 Huwa possibbli li jkollok il-paċi t’Alla meta tiffaċċja sitwazzjoni diffiċli bħal xi pandemija, diżastru naturali, protesti u inkwiet, jew persekuzzjoni? Dawn il-problemi serji kollha jistgħu jbeżżgħuna ħafna. Imma Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tħallux lil qlubkom jitħawdu u lanqas jitbeżżgħu.” (Ġw. 14:27) Ħafna aħwa applikaw il-parir taʼ Ġesù. Bl-għajnuna taʼ Ġeħova, huma rnexxielhom ikollhom il-paċi waqt li ffaċċjaw problemi serji.

KIF JISTAʼ JKOLLOK IL-PAĊI MATUL XI PANDEMIJA?

3. Pandemija kif tistaʼ tiħodilna l-paċi?

3 Pandemija tistaʼ tbiddlilna ħajjitna kompletament. Aħseb dwar l-effett li ħalla l-COVID-19 fuq ħafna nies. F’servej li sar sabu li iktar minn nofs in-nies kellhom problema biex jorqdu waqt il-pandemija. Matul din il-pandemija kien hemm żieda kbira fl-ansjetà, id-depression, l-abbuż mill-alkoħol u d-droga, vjolenza domestika, u iktar nies ipprovaw jagħmlu suwiċidju. Jekk fejn tgħix hemm xi pandemija, kif tistaʼ tikkontrolla l-ansjetà tiegħek u jkollok il-paċi t’Alla?

4. Li nafu l-profezija taʼ Ġesù dwar l-aħħar jiem għala tagħtina l-paċi?

4 Ġesù qal li matul l-aħħar jiem se jkun hemm mard li jittieħed “fʼpost wara l-ieħor.” (Lq. 21:11) Li nafu dan kif jagħtina l-paċi? Aħna ma niħduhiex bi kbira meta tfaqqaʼ xi pandemija. Nirrealizzaw li dawn l-affarijiet qed jitwettqu eżatt bħalma qal Ġesù. Għalhekk, aħna napplikaw il-parir li Ġesù ta lil dawk li jkunu qed jgħixu fl-aħħar jiem: “Tibżgħux.”—Mt. 24:6.

Oħt liebsa l-headphones qed tismaʼ l-qari tal-Bibbja bl-awdjo.

Il-qari tal-Bibbja bl-awdjo jistaʼ jgħinek biex ikollok il-paċi waqt pandemija (Ara paragrafu 5)

5. (a) Skont Filippin 4:8, 9, għal xiex għandna nitolbu meta nkunu qed niffaċċjaw xi pandemija? (b) Meta tismaʼ r-rekordings tal-Bibbja bl-awdjo, kif jgħinek?

5 Meta tfaqqaʼ pandemija tistaʼ ġġegħelna ninkwetaw ħafna u nibżgħu. Oħt jisimha Desi hekk ġralha.b Wara li z-ziju, il-kuġin, u t-tabib mietu bil-COVID-19, hi bdiet tibżaʼ li se tieħu l-virus u tmarrad lil ommha li kienet anzjana. Minħabba l-pandemija kienet tinkwieta li titlef ix-xogħol u li ma jkollhiex biex tixtri u tħallas il-kera. Hi tant bdiet tinkwieta dwar dawn l-affarijiet li billejl ma bdietx torqod. Imma Desi reġgħet bdiet tħossha fil-paċi. Kif? Hi talbet lil Ġeħova b’mod speċifiku biex tkun kalma u tibqaʼ pożittiva. (Aqra Filippin 4:8, 9.) Hi kienet tismaʼ lil Ġeħova “jitkellem” billi tismaʼ l-qari tal-Bibbja bl-awdjo. Hi tgħid, “Il-mod kif kien jaqra l-qarrej kien jikkalmani u fakkarni li Ġeħova jimpurtah minni.”—Salm 94:19.

6. L-istudju personali u l-laqgħat kif jgħinuk?

6 Matul pandemija mhux dejjem ikun possibbli li nibqgħu nagħmlu l-affarijiet li konna nagħmlu qabel. Imma tħallihiex ittellfek mir-rutina tal-istudju personali tiegħek u l-laqgħat. L-esperjenzi fil-pubblikazzjonijiet tagħna u l-vidjows ifakkruna li l-aħwa qed jaqdu lil Ġeħova lealment minkejja sfidi simili. (1 Pt. 5:9) Il-laqgħat jgħinuk biex taħseb dwar affarijiet inkuraġġanti mill-Bibbja. B’hekk mhux biss tiġi inkuraġġit int, imma wkoll jagħtuk l-opportunità biex tinkuraġġixxi lil oħrajn. (Rum. 1:11, 12) Meta taħseb kif Ġeħova għen lill-qaddejja tiegħu meta kienu morda, bdew jibżgħu, jew ħassewhom weħidhom, il-fidi tiegħek se tissaħħaħ u se tkun ċert li se jgħin lilek ukoll.

7. X’lezzjoni tistaʼ titgħallem mill-appostlu Ġwanni?

7 Agħmel sforz biex titkellem mal-aħwa. Matul pandemija jaf ikollna nżommu d-distanza anki meta nkunu mal-aħwa. Fi żmien bħal dan forsi tħossok bħalma ħassu l-appostlu Ġwanni. Hu ried jara lill-ħabib tiegħu Gaju. (3 Ġw. 13, 14) Imma Ġwanni fehem li għal xi żmien ma setax jarah. Għalhekk, hu għamel dak li setaʼ u kiteb ittra lil Gaju. Jekk ma tkunx tistaʼ tiltaqaʼ mal-aħwa, ipprova kkuntattjahom permezz tat-telefown, video call, jew b’xi messaġġ. Meta żżomm kuntatt mal-aħwa, mhux se tħossok daqshekk waħdek u se tkun iktar kalm. Jekk tħossok ansjuż iżżejjed, tkellem mal-anzjani u aċċetta l-inkuraġġiment li jagħtuk.—Is. 32:1, 2.

KIF JISTAʼ JKOLLOK IL-PAĊI META TIFFAĊĊJA DIŻASTRU NATURALI?

8. Id-diżastri naturali kif jistgħu jiħdulna l-paċi?

8 Jekk esperjenzajt għargħar, terremot, jew nar, int tistaʼ tibqaʼ tħossok ansjuż għal ħafna żmien. Jekk tlift lil xi ħadd fil-mewt jew id-dar u affarijiet oħrajn ġew meqrudin, forsi ħassejtek qalbek maqsuma, bla tama, jew anki rrabjat. Dan ma jfissirx li int tħobb l-affarijiet materjali jew m’għandekx fidi soda. Int għaddejt minn żmien diffiċli, u xi wħud forsi jistennew li taġixxi b’mod negattiv. (Ġob 1:11) Imma minkejja ċirkustanzi diffiċli ħafna, int xorta jistaʼ jkollok il-paċi. Kif?

9. Ġesù x’qal biex jippreparana għad-diżastri naturali?

9 Ftakar f’dak li pprofetizza Ġesù. Xi nies jaħsbu li huma qatt mhu se jesperjenzaw xi diżastru naturali. Imma aħna nafu li dawn se jiżdiedu u nistgħu nesperjenzawhom. Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu li kien se jkun hemm “terremoti kbar” u diżastri oħrajn qabel jiġi t-tmiem. (Lq. 21:11) Hu qal ukoll li kellu “jiżdied il-ħażen,” li llum qed narawh b’għajnejna stess, bħall-kriminalità, vjolenza, u attakki terroristiċi. (Mt. 24:12) Ġesù qatt ma qal li dawn l-affarijiet kienu se jiġru biss lil dawk li ma jaqdux lil Ġeħova. Fil-fatt, ħafna qaddejja leali taʼ Ġeħova esperjenzaw diżastri naturali. (Is. 57:1; 2 Kor. 11:25) Ġeħova ma jipproteġiniex b’mod mirakoluż minn kull diżastru. Imma hu jagħtina dak li jkollna bżonn biex nibqgħu kalmi u jkollna l-paċi.

10. Jekk nippreparaw minn issa għal xi diżastru kif inkunu qed nuru li għandna l-fidi? (Proverbji 22:3)

10 Se jkun iktar faċli għalina biex nibqgħu kalmi meta nkunu preparati għal xi emerġenza. Allura dawk li jkunu preparati jfisser li m’għandhomx fidi f’Ġeħova? Lanqas xejn. Meta nkunu preparati għal dak li jistaʼ jinqalaʼ, inkunu qed nuru li aħna għandna l-fidi li Ġeħova jistaʼ jieħu ħsiebna. Kif? Il-Bibbja twissina biex inkunu preparati għal meta jinqalaʼ xi diżastru. (Aqra Proverbji 22:3.) U permezz tar-rivisti, il-laqgħat, u l-avviżi, l-organizzazzjoni t’Alla għal darba wara l-oħra tinkuraġġina biex inkunu preparati għal meta tinqalaʼ xi emerġenza.c Nafdaw aħna f’Ġeħova? Jekk iva, se nobdu u nippreparaw minn issa qabel jinqalaʼ xi diżastru.

Oħt iżżomm mappa f’idejha waqt li qiegħda fil-karozza. Għandha l-ilma u affarijiet bżonjużi oħra.

Jekk tipprepara minn qabel tistaʼ issalva ħajtek (Ara paragrafu 11)d

11. X’titgħallem mill-eżempju taʼ Margaret?

11 Aħseb dwar l-esperjenza taʼ oħt jisimha Margaret. L-awtoritajiet tal-gvern qalulha biex titlaq mid-dar tagħha għax fejn kienet tgħix hi kien hemm ħafna nirien. Minħabba li n-nies bdew jippruvaw jitilqu f’daqqa, fit-toroq kien hemm ħafna traffiku. L-arja kienet mimlija duħħan iswed, u Margaret ma setgħetx toħroġ mill-karozza. Però hi rnexxielha ssalva għax kienet preparata. Fil-basket tagħha kellha mappa li għenitha biex tgħaddi minn triq oħra. Hi kienet diġà għaddiet minnha qabel ħalli jekk tinqalaʼ xi emerġenza tkun ġa taf it-triq. Minħabba li kienet preparata, Margaret irnexxielha ssalva.

12. Aħna għala nobdu l-istruzzjonijiet li nirċievu?

12 Biex in-nies ikunu protetti, l-awtoritajiet tal-gvern jistgħu jagħtuna struzzjonijiet bħal li ma noħorġux mid-dar jew li nitilqu mid-djar tagħna. Xi nies ma jobdux għax ma jkunux iridu jħallu l-affarijiet tagħhom warajhom. Il-Kristjani x’jagħmlu? Il-Bibbja tgħidilna: “Minħabba l-Mulej issottomettu ruħkom lejn kull awtorità maħluqa mill-bniedem: sew lejn sultan, bħala li hu superjuri, u sew lejn gvernaturi, bħala li huma mibgħutin minnu.” (1 Pt. 2:13, 14) L-organizzazzjoni t’Alla wkoll ittina direzzjoni biex tipproteġina. Spiss niġu mfakkrin biex ngħidu lill-anzjani kif jistgħu jikkuntattjawna ħalli f’każ t’emerġenza jkunu jistgħu jsibuna. Inti għamiltu dan? Forsi nirċievu wkoll direzzjoni biex nibqgħu jew nitilqu mid-dar, kif nirċievu l-ikel u l-affarijiet bżonjużi, jew kif u meta ngħinu lil oħrajn. Jekk ma nobdux nistgħu npoġġu l-ħajja tagħna u tal-anzjani fil-periklu. Ftakar li dawn l-irġiel leali qed jieħdu ħsiebna. (Ebr. 13:17) Margaret tgħid, “Jien ċerta li d-direzzjoni li tawni l-anzjani u l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova salvatli ħajti.”

13. Ħafna aħwa li kellhom jitilqu mid-dar, għala għadhom ferħanin u fil-paċi?

13 Ħafna aħwa li kellhom jitilqu mid-dar tagħhom minħabba xi diżastru, gwerra, jew protesti għamlu l-aħjar li setgħu biex jadattaw għas-sitwazzjoni ġdida tagħhom u komplew jaqdu lil Ġeħova. Bħall-Kristjani tal-bidu li marru f’pajjiżi differenti minħabba l-persekuzzjoni, huma komplew “ixandru l-aħbar tajba tal-kelma.” (Atti 8:4) L-ippritkar jgħinhom jiffokaw fuq is-Saltna minflok fuq iċ-ċirkustanzi diffiċli tagħhom. Għalhekk, huma baqgħu ferħanin u fil-paċi.

KIF JISTAʼ JKOLLOK IL-PAĊI META TIĠI PPERSEGWITAT?

14. Il-persekuzzjoni kif tistaʼ tiħodilna l-paċi?

14 Meta niġu ppersegwitati nistgħu nitilfu ħafna affarijiet li jgħinuna biex ikollna l-paċi. Aħna nkunu ferħanin meta jkollna l-libertà biex niltaqgħu flimkien, nippritkaw, u nagħmlu l-affarijiet tas-soltu mingħajr ma nibżgħu li ħa niġu arrestati. Jekk ma nkunux nistgħu nagħmlu dawn l-affarijiet, nistgħu nsiru ansjużi u nibdew nibżgħu dwar x’jistaʼ jiġri. Hu normali li tħossok hekk. Imma xorta għandna noqogħdu attenti. Ġesù qal li l-persekuzzjoni tistaʼ ġġiegħel lid-dixxipli tiegħu jitfixklu. (Ġw. 16:1, 2) Allura kif jistaʼ jkollna l-paċi waqt li nkunu ppersegwitati?

15. Għala m’għandniex nibżgħu mill-persekuzzjoni? (Ġwanni 15:20; 16:33)

15 Il-Bibbja tgħidilna: “Kulmin jixtieq jgħix bid-devozzjoni lejn Alla fi sħubija maʼ Kristu Ġesù jkun persegwitat ukoll.” (2 Tim. 3:12) Ħu jismu Andrei sabha diffiċli biex jemmen li fil-pajjiż tiegħu l-qaddejja taʼ Ġeħova se jiġu ppersegwitati wara li x-xogħol tagħna ma setax ikompli jsir. Hu ħaseb: ‘Hawn ħafna Xhieda hawn. Kif jistaʼ jkun li l-awtoritajiet jarrestawna kollha?’ Imma peress li beda jaħseb hekk, hu ma ħassux fil-paċi, anzi beda jħossu ansjuż. Aħwa oħra fdaw f’Ġeħova u ma qagħdux jaħsbu li mhux se jiġu arrestati. Huma kienu jafu li setgħu jiġu arrestati, imma ma kinux ansjużi daqs Andrei. Allura hu ddeċieda li jagħmel bħalhom u jafda f’Ġeħova. Imbagħad malajr beda jħossu fil-paċi, u issa ferħan minkejja l-problemi. Dan jistaʼ jiġri lilna wkoll. Ġesù qalilna li se jkollna l-persekuzzjoni, imma qalilna wkoll li nistgħu nibqgħu leali.—Aqra Ġwanni 15:20; 16:33.

16. Meta nkunu għaddejjin mill-persekuzzjoni, liema direzzjoni għandna nobdu?

16 Meta x-xogħol tagħna ma jkunx jistaʼ jsir, nistgħu nirċievu d-direzzjoni mill-uffiċċju tal-fergħa u l-anzjani. Din id-direzzjoni tipproteġina, tgħinna biex nibqgħu nirċievu l-ikel spiritwali, u biex inkomplu nippritkaw kemm nistgħu. Agħmel l-aħjar li tistaʼ biex tobdi, anki jekk ma tifhimx għala ngħatajt id-direzzjoni. (Ġak. 3:17) U qatt tagħti informazzjoni dwar l-aħwa jew il-kongregazzjoni lil nies li m’għandhomx dritt ikunu jafuha.—Ekk. 3:7.

Ħu qed juri vers mill-Bibbja fuq il-mobile lil xi ħadd waqt il-brejk tax-xogħol.

X’se jgħin biex ikollok il-paċi anki waqt żminijiet diffiċli? (Ara paragrafu 17)e

17. Kif nistgħu nimitaw lill-appostli?

17 Waħda mir-raġunijiet għala Satana jiġġieled kontra n-nies t’Alla hi għax huma ‘jippritkaw dwar Ġesù.’ (Riv. 12:17) Tħallix lil Satana u d-dinja tiegħu jbeżżgħuk. Aħna se nibqgħu ferħanin u fil-paċi jekk inkomplu nippritkaw u ngħallmu minkejja l-persekuzzjoni. Meta l-awtoritajiet Lhud ikkmandaw lill-appostli biex jieqfu jippritkaw, dawn l-irġiel leali għażlu li jobdu lil Alla. Huma baqgħu jippritkaw, u dax-xogħol għamilhom ferħanin. (Atti 5:27-29, 41, 42) Ovvjament, meta x-xogħol tagħna ma jkunx jistaʼ jsir, irridu noqogħdu attenti meta nippritkaw. (Mt. 10:16) Imma jekk nagħmlu l-aħjar li nistgħu, aħna se jkollna l-paċi għax nafu li qed nogħġbu lil Ġeħova u qed naqsmu messaġġ li jsalva l-ħajjiet.

“L-ALLA TAL-PAĊI JKUN MAGĦKOM”

18. Min jistaʼ jagħtina l-paċi vera?

18 Kun ċert li anki fl-iżjed żminijiet diffiċli jistaʼ jkollok il-paċi. Fi żminijiet bħal dawn irridu niftakru li għandna bżonn il-paċi t’Alla, dik il-paċi li Ġeħova biss jistaʼ jtina. Meta tgħaddi minn pandemija, diżastru naturali, jew persekuzzjoni, ibqaʼ afda fih. Ibqaʼ qrib l-organizzazzjoni tiegħu. Żomm f’moħħok il-futur sabiħ li se jkollna dalwaqt. Meta tagħmel hekk, ‘l-Alla tal-paċi jkun miegħek.’ (Flp. 4:9) Fl-artiklu li jmiss se niddiskutu kif nistgħu ngħinu lill-aħwa li jgħaddu minn żminijiet diffiċli ħalli jkollhom il-paċi t’Alla.

KIF JISTAʼ JKOLLOK IL-PAĊI MINKEJJA . . .

  • xi pandemija?

  • xi diżastru naturali?

  • il-persekuzzjoni?

GĦANJA 38 Hu se jsaħħek

a Ġeħova jwiegħed lil dawk li jħobbuh li se jagħtihom il-paċi. X’inhi l-paċi li jagħti Alla u kif nistgħu nsibuha? Meta jkollna “l-paċi t’Alla,” kif jistaʼ jgħinna meta niffaċċjaw xi pandemija, diżastru naturali, jew persekuzzjoni? Dan l-artiklu se jwieġeb dawn il-mistoqsijiet.

b Xi ismijiet ġew mibdulin.

c Ara l-artiklu “Meta jseħħ diżastru—Passi li jistgħu jsalvaw il-ħajjiet” fi Stenbaħ! Nru. 5 2017.

d X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Oħt ippreparat minn qabel biex meta jkun hemm bżonn titlaq mid-dar.

e X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Ħu li jgħix fejn ix-xogħol tagħna ma jistax isir joqgħod attent waqt li jkompli jipprietka.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja