LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp23 Nru. 1 pp. 6-7
  • 1 | It-Talb—Itfaʼ l-Anzjetà Kollha Tiegħek Fuq Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 1 | It-Talb—Itfaʼ l-Anzjetà Kollha Tiegħek Fuq Alla
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2023
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dan Xi Jfisser?
  • Dan Kif Jistaʼ Jgħinna?
  • Itfgħu l-​ansjetà kollha tagħkom fuq Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Kif nistaʼ nkampa mal-ansjetà?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Itfaʼ l-Anzjetà Kollha Tiegħek fuq Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • X’tgħid il-Bibbja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2023
wp23 Nru. 1 pp. 6-7
Raġel anzjuż qed jitlob b’idu fuq sidru.

1 | It-Talb Itfaʼ l-Anzjetà Kollha Tiegħek Fuq Alla

IL-BIBBJA TGĦID: ‘Itfgħu l-ansjetà kollha tagħkom fuq Alla, għax hu jimpurtah minnkom.’ —1 PIETRU 5:7.

Dan Xi Jfisser?

Alla Ġeħova jixtieqna nkellmuh fuq kull ħaġa li tinkwetana. (Salm 55:22) M’hemmx problema li ma tistax titlob dwarha. Jekk hi importanti għalik, hi importanti għal Ġeħova, għax hu jimpurtah minnek u minn kif tħossok. It-talb huwa importanti biex nirċievu l-paċi t’Alla u nħossuna aħjar.—Filippin 4:6, 7.

Dan Kif Jistaʼ Jgħinna?

Meta nbatu b’saħħa mentali, jaf inħossuna weħidna. Oħrajn mhux dejjem jifhmu eżatt minn xiex għaddejjin. (Proverbji 14:10) Imma Alla bi mħabba dejjem jismagħna u jifhimna. Ġeħova jara minn xiex għaddejjin, iħoss l-uġigħ u t-tbatija tagħna, u jridna ngħidulu dak kollu li jinkwetana.—2 Kronaki 6:29, 30.

Iktar ma nkellmu lil Ġeħova fit-talb, iktar se nkunu ċerti li hu jimpurtah minna. Aħna se nħossuna kif ħassu s-salmista meta talab: “Int rajt it-tbatija tiegħi; int konxju tad-dwejjaq kbar li għandi.” (Salm 31:7) Il-fatt li Ġeħova jinnota minn xiex għaddejjin, jagħtina s-saħħa biex ma naqtgħux qalbna fi żmien diffiċli. Hu ma jinnotax biss id-dwejjaq tagħna. Imma hu l-aktar wieħed li jifhem minn xiex għaddejjin u permezz tal-Bibbja jgħinna u jinkuraġġina.

Kif il-Bibbja Qed Tgħin lil Julian

Kif Taffettwani l-Anzjetà

Julian.

“Jien inbati bl-anzjetà u bl-OCD (obsessive-compulsive disorder). L-anzjetà taffettwani meta lanqas biss inkun qed nistennieha. Inkun qed inħossni sew, imbagħad mingħajr ma naf għala nibda nħossni anzjuż ħafna. L-iżjed li nħossni anzjuż hu meta nkun man-nies. Nibda ninkwieta x’jaħsbu dwari.

“Il-ħbieb li jafu minn xiex inbati jagħmlu l-aħjar li jistgħu biex jgħinuni. Xi kultant jgħidu xi affarijiet li ma jgħinunix, imma napprezza li qed jippruvaw jgħinuni.

“Kultant, minħabba l-anzjetà tiegħi u l-OCD, insibha diffiċli biex nitlob. Irrid nagħmel sforz kbir biex nikkonċentra u nkellem lil Ġeħova fit-talb. Moħħi tant jaqbeż minn ħaġa għal oħra li jien stess nitħawwad. Meta ma jirnexxilix nikkontrolla l-ħsibijiet tiegħi, insibha diffiċli biex nispjega lil Ġeħova x’qed naħseb u nħoss.”

Kif Tgħinni l-Bibbja

“Jien u nistudja l-Bibbja tgħallimt li t-talb m’għandux għalfejn ikun twil jew ikkumplikat biex Alla jismagħni. Kultant, meta ma nkunx naf nispjega kif qed inħossni, kemm ngħidlu: ‘Ġeħova, jekk jogħġbok għinni.’ Wara nħoss li Ġeħova xorta jifhimni u jagħtini dak li jkolli bżonn. Apparti t-talb, fittixt ukoll l-għajnuna professjonali. Grazzi għal dawn iż-żewġ affarijiet, jien qed inħossni ħafna aħjar. L-isforz li nagħmel biex nitlob lil Missieri tas-sema huwa worth it, għax jien ċert li hu jħobbni u lest li jgħinni.”

Għajnuna għaż-Żgħażagħ

Il-vidjow “Sir Ħabib taʼ Ġeħova—Itlob f’kull ħin.”

Minn fuq il-website jw.org tistaʼ ssir taf għala tistaʼ tkun ċert li Ġeħova jismaʼ u jwieġeb it-talb tiegħek.

Ara l-vidjow Sir Ħabib taʼ Ġeħova—Itlob f’kull ħin.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja