IDEA BIEX TISTUDJA
Studja bil-Mira li Taqsam Dak li Titgħallem m’Oħrajn
Meta tistudja l-Bibbja se tħossok inkuraġġit. Imma meta titkellem m’oħrajn dwar dak li tgħallimt dwar Ġeħova, se tħossok iktar inkuraġġit. Proverbji 11:25 jispjega dak li jiġri b’eżempju. Hemmhekk jgħid: “Kull min jagħti l-ilma lill-oħrajn biex jixorbu, se jingħata l-ilma hu wkoll.”
Meta naqsmu dak li tgħallimna m’oħrajn, se nkunu nistgħu niftakru l-punti iktar u huma forsi jaqsmu magħna dak li jafu. B’hekk se nitgħallmu iktar dwar is-suġġett. Barra minn hekk, peress li l-punti li sibna jistgħu jgħinu lil oħrajn, se nkunu ferħanin jekk naqsmuhom magħhom.—Atti 20:35.
Ipprova dan: Din il-ġimgħa, ipprova ara kif tistaʼ taqsam dak li tgħallimt m’oħrajn. Tistaʼ tagħmel dan maʼ xi ħadd tal-familja, fil-kongregazzjoni, li jaħdem miegħek, tal-iskola, li joqgħod ħdejk, jew li titkellem miegħu fuq is-service. Ipprova spjega fi kliemek u b’mod sempliċi dak li tgħallimt.
Ftakar: Aqsam dak li tgħallimt bl-iskop li tinkuraġġixxi u mhux biex turi kemm taf.—1 Kor. 8:1.