FRAŻI MILL-BIBBJA
Qiegħed Tuża r-“Rigal Spiritwali” Tiegħek?
Aħna nħossuna inkuraġġiti meta nqattgħu l-ħin mal-aħwa. Imma biex dan il-ħin ikun vera taʼ inkuraġġiment, irridu nagħmlu iktar milli sempliċiment inkunu flimkien. Il-Bibbja tgħid li aħna nistgħu nsaħħu l-fidi taʼ xulxin billi nagħtu “rigal spiritwali.” (Rum. 1:11, 12) X’inhuma xi modi kif nistgħu nagħmlu dan?
Inkuraġġixxi lil oħrajn bil-kliem li tgħid. Pereżempju, meta tagħmel kumment fil-laqgħa, tiffokax fuqek innifsek, imma fuq Ġeħova, il-Kelma tiegħu, u l-qaddejja leali tiegħu. Kull meta tkun qed titkellem mal-aħwa, tkellem fuq affarijiet li huma inkuraġġanti.
Inkuraġġixxi lil oħrajn bid-deċiżjonijiet li tieħu u b’dak li tagħmel. Pereżempju, xi aħwa għażlu li jibqgħu fis-servizz full-time avolja għaddejjin minn sfidi personali. Oħrajn, minkejja li jkunu għajjenin wara ġurnata xogħol jew għandhom problemi taʼ saħħa, jiġu għal-laqgħa taʼ matul il-ġimgħa.
B’dak li tgħid u tagħmel tinkuraġġixxi lill-aħwa? U meta l-aħwa jagħtuk “rigal spiritwali,” jiġifieri jinkuraġġuk, tinnotah?