LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 12/15 pp. 21-26
  • Tapprezza dak li rċivejt?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tapprezza dak li rċivejt?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • XI WĦUD LI NAQSU LI JAPPREZZAW
  • XI WĦUD LI APPREZZAW DAK LI KIENU RĊIVEW
  • APPREZZA DAK LI RĊIVEJT
  • INT X’SE TAGĦMEL?
  • Żgħażagħ Ferħanin fis-Servizz taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Liema Wirt Għandek Tħalli lil Uliedek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Il-Wirt Prezzjuż Tagħna—X’Ifisser Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Wirt li Tistaʼ Torbot Fuqu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 12/15 pp. 21-26
Noè u familtu gawdew il-privileġġ taʼ li jibnu l-arka

Tapprezza dak li rċivejt?

‘Aħna rċivejna l-​ispirtu li ġej mingħand Alla, biex inkunu nafu dak li ngħatalna b’qalb tajba minn Alla.’—1 KORINTIN 2:12.

KIF TWIEĠEB INT?

  • Iż-​żgħażagħ, u kull wieħed minna, xi jridu japprezza?

  • X’inhuma xi eżempji mill-​aħjar taʼ dawk li apprezzaw il-​wirt spiritwali tagħhom?

  • Kif tħossok dwar dak li rċivejt?

1. Ħafna nies kif iħossuhom dwar dak li għandhom?

FORSI ġieli smajt lin-​nies jgħidu, “Tkun taf x’kellek wara li titilfu.” Jistaʼ jkun li ġieli ħassejtek b’dan il-​mod ukoll. Pereżempju, individwu li jitrabba ġo familja sinjura jistaʼ ma japprezzax dak li għandu. Jew minħabba n-​nuqqas t’esperjenza, żagħżugħ jistaʼ ma jifhimx x’inhu verament importanti fil-​ħajja.

2, 3. (a) Iż-​żgħażagħ liema tip taʼ ħsieb għandhom jevitaw? (b) X’jistaʼ jgħinna napprezzaw dak li għandna?

2 Jekk int żagħżugħ jew żagħżugħa, x’inhu importanti għalik? Ħafna żgħażagħ fid-​dinja spiss ipoġġu l-​affarijiet materjali qabel kollox. Probabbilment ikunu jridu xogħol tajjeb, dar sabiħa, jew kollox tal-​aħħar teknoloġija. Jekk ħajjithom tikkonċentra fuq dawn l-​affarijiet, ikunu qed jonqsu milli jaraw l-​iktar ħaġa importanti, ir-​relazzjoni tagħhom m’Alla. Jekk trabbejt maʼ ġenituri Kristjani, ġejt mogħti rigal spiritwali mill-​isbaħ. (Mattew 5:3) Nuqqas t’apprezzament għall-​wirt spiritwali tiegħek jistaʼ jwassal għal effett ħażin fuqek għall-​kumplament taʼ ħajtek.

3 Int tistaʼ tevita dan milli jiġri lilek. Se neżaminaw xi eżempji Bibliċi li se jgħinuk t’apprezza l-​wirt spiritwali tiegħek. Dawn l-​eżempji se jgħinu liż-​żgħażagħ, u lil kull wieħed minna, biex japprezzaw dak li għandhom spiritwalment.

XI WĦUD LI NAQSU LI JAPPREZZAW

4. Kif jiġu deskritti t-​tfal taʼ Samwel skont l-​1 Samwel 8:1-​5?

4 Xi wħud li jissemmew fil-​Bibbja rċivew wirt spiritwali mill-​isbaħ, imma m’apprezzawhx. Il-​profeta Samwel beda jaqdi lil Ġeħova meta kien daqsxejn taʼ tfajjel, u dejjem kien leali lejn Alla. (1 Samwel 12:1-​5) Samwel ħalla eżempju tajjeb, imma wliedu, Ġoel u Abija, ma imitawhx. Minflok, saru korrotti u ħżiena.—Aqra l-​1 Samwel 8:1-​5.

5, 6. Ulied Ġosija u n-​neputi tiegħu kif qiesu l-​wirt spiritwali tagħhom?

5 Xi ħaġa simili ġrat fil-​każ t’ulied is-​Sultan Ġosija. Hu kien sultan leali li ħabb u qiem lil Ġeħova. Meta l-​ktieb tal-​Liġi t’Alla nstab u ġie moqri lil Ġosija, hu applika l-​istruzzjonijiet taʼ Ġeħova. Hu neħħa l-​idolatrija u l-​ispiritiżmu mill-​pajjiż, u ħeġġeġ lin-​nies biex jobdu lil Ġeħova. (2 Slaten 22:8; 23:2, 3, 12-​15, 24, 25) Uliedu rċivew wirt spiritwali mill-​isbaħ! Imma meta iktar tard tlieta minn uliedu u neputi saru slaten, ħadd minnhom m’apprezza dak li rċieva.

6 Meta Ġeħogħaħaż bin Ġosija sar sultan, għamel “dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.” Kien ilu biss tliet xhur bħala sultan meta Fargħun Eġizzjan tefgħu fil-​ħabs. Iktar tard miet ’il bogħod minn pajjiżu, bħala lsir. (2 Slaten 23:31-​34) Imbagħad, ħuh Ġeħojakim kien sultan għal 11-​il sena. Hu wkoll m’apprezzax dak li kien irċieva minn missieru. Tant kien ħażin li dwaru Ġeremija qal: “B’difna bħal taʼ ħmar jindifen.” (Ġeremija 22:17-​19) Sedekija, bin Ġosija, u Ġeħojakin, in-​neputi taʼ Ġosija, ukoll kienu ħżiena u ma segwewx l-​eżempju taʼ Ġosija li kien leali.—2 Slaten 24:8, 9, 18, 19.

7, 8. (a) Salamun kif m’apprezzax il-​wirt spiritwali tiegħu? (b) X’nistgħu nitgħallmu mill-​eżempji Bibliċi taʼ wħud li ma ħadux vantaġġ mill-​wirt spiritwali tagħhom?

7 Is-​Sultan Salamun tgħallem kif jaqdi lil Ġeħova minn David, missieru, imma mbagħad ma baqax japprezza l-​wirt spiritwali tiegħu. “Meta Salamun xjaħ, in-​nisa tiegħu dawrulu qalbu biex imur wara allat oħrajn; u qalbu ma baqgħetx sħiħa maʼ Ġeħova Alla tiegħu bħalma kienet qalb David missieru.” (1 Slaten 11:4) Minħabba dan, Salamun tilef l-​approvazzjoni taʼ Ġeħova.

8 Dawn l-​irġiel kollha kellhom l-​opportunità li jsiru jafu lil Ġeħova u jagħmlu dak li hu tajjeb. B’dispjaċir, ma ħadux vantaġġ mill-​opportunità li kellhom. Imma hemm żgħażagħ li ħadu vantaġġ mill-​wirt spiritwali tagħhom. Issa se naraw xi eżempji tajbin taʼ żgħażagħ li nistgħu nimitawhom.

XI WĦUD LI APPREZZAW DAK LI KIENU RĊIVEW

9. Ulied Noè kif ħallew eżempju eċċellenti? (Ara l-​ewwel stampa.)

9 Ulied Noè ħallew eżempju eċċellenti. Kellhom il-​privileġġ li jgħinu lil Noè jibni l-​arka biex isalvaw lin-​nies. Huma kienu jafu li kellhom bżonn jobdu lil Ġeħova, u mbagħad daħlu fl-​arka qabel beda d-​Dulluvju. (Ġenesi 7:1, 7) X’kien ir-​riżultat? Ġenesi 7:3 jgħid li ħadu xi annimali fl-​arka biex “il-​ħlejjaq jibqgħu jgħixu fuq wiċċ l-​art kollha kemm hi.” Xi nies salvaw ukoll. Minħabba li wlied Noè apprezzaw il-​wirt spiritwali tagħhom, huma kellhom il-​privileġġ li jgħinu f’li jsalvaw l-​umanità u f’li jerġaʼ jkun hemm il-​qima vera fuq l-​art.—Ġenesi 8:20; 9:18, 19.

L-​erbat irġiel Ebrajċi qatt ma nsew min kienu u x’tgħallmu

10. Erbat irġiel Ebrajċi f’Babilonja, kif urew li apprezzaw il-​wirt spiritwali tagħhom?

10 Mijiet taʼ snin wara, erbat irġiel Ebrajċi rrifjutaw li jsegwu l-​istil taʼ ħajja tal-​Babiloniżi. Ħananija, Misael, Għażarija, u Danjel kienu ttieħdu lejn Babilonja fis-​sena 617 QEK. Kienu gustużi, intelliġenti, u setgħu jkollhom suċċess kbir f’Babilonja. Imma qatt ma nsew min kienu u x’tgħallmu, u għal dan Ġeħova berikhom ħafna.—Aqra Danjel 1:8, 11-​15, 20.

11. Ħaddieħor kif ibbenefika mill-​wirt spiritwali taʼ Ġesù?

11 Ġesù kien l-​aqwa eżempju taʼ xi ħadd li wera l-​apprezzament għal wirt spiritwali tiegħu. Ġesù verament ħabb dak li Missieru kien għallmu. Dan jidher ċar meta tkellem ‘skond kif għallmu l-​Missier.’ (Ġwanni 8:28) Hu kien jieħu pjaċir jaqsam dak li tgħallem m’oħrajn ħalli jkunu jistgħu jibbenefikaw ukoll. Hu qal: “Irrid inxandar l-​aħbar tajba tas-​saltna t’Alla lil bliet oħrajn ukoll, għax għal dan intbgħatt.” (Luqa 4:18, 43) Id-​dinja ma tapprezzax l-​affarijiet spiritwali, u Ġesù għalhekk wissa lid-​dixxipli biex ma jkunux “parti mid-​dinja.”—Ġwanni 15:19.

APPREZZA DAK LI RĊIVEJT

12. (a) It-​2 Timotju 3:14-​17 kif japplika għal ħafna żgħażagħ illum? (b) Iż-​żgħażagħ Kristjani x’għandhom isaqsu lilhom infushom?

12 Jekk għandek ġenituri li jħobbu lil Ġeħova, int irċivejt wirt spiritwali. Dak li tgħid il-​Bibbja dwar Timotju jistaʼ japplika għalik ukoll. (Aqra t-​2 Timotju 3:14-​17.) Il-​ġenituri tiegħek għallmuk dwar Ġeħova u kif togħġbu. Forsi għallmuk minn mindu kont tarbija. Dan għenek biex issir “għaref għas-​salvazzjoni permezz tal-​fidi fi Kristu Ġesù” u biex tkun “armat bis-​sħiħ” ħalli taqdi lil Alla. Imma tapprezza verament dak li għandek? Saqsi lilek innifsek: ‘Kif inħossni dwar il-​ħafna xhieda leali li għexu qabli? Kburi li jien Xhud taʼ Ġeħova? Kif inħossni dwar li jien wieħed mill-​ftit nies li Alla jaf? Nirrealizza xi privileġġ uniku u sabiħ għandi?’

Xhieda leali taʼ Ġeħova, fil-passat u fil-preżent

Kif tħossok dwar li int wieħed mix-xhieda leali t’Alla, bħal dawk li għexu qablek? (Ara paragrafi 9, 10, u 12)

13, 14. Xi wħud li trabbew fil-​verità, x’inhuma mħajrin jagħmlu, imma għala tkun bluha? Agħti eżempju.

13 Xi żgħażagħ li trabbew minn ġenituri Kristjani ma jirrealizzawx kemm hi sabiħa l-​verità u kemm hi kerha d-​dinja taʼ Satana. Xi wħud saħansitra tħajru jaraw xi ssarraf il-​ħajja fid-​dinja. Imma kieku int tmur quddiem karozza miexja għas-​sempliċi fatt biex tara jekk tweġġgħekx jew saħansitra jekk toqtlokx? Din tkun bluha! Allura m’hemmx għalfejn nipprovaw l-​affarijiet ħżiena taʼ din id-​dinja biex niskopru kemm iġibulna wġigħ.—1 Pietru 4:4.

M’hemmx għalfejn nipprovaw l-​affarijiet ħżiena taʼ din id-​dinja biex niskopru kemm iġibulna wġigħ

14 Żagħżugħ jismu Gener trabba fil-​verità fl-​Asja. Tgħammed taʼ 12-​il sena. Imma meta kien żagħżugħ, kien imħajjar jara x’toffri d-​dinja, bit-​tama li jkun jistaʼ jagħmel li jrid. Gener beda jigdeb lill-​familja tiegħu u jgħix ħajja doppja. Sa ma kellu 15-​il sena kien qed jagħmel xi affarijiet ħżiena li ħbiebu kienu qed jagħmlu, bħal li jixorbu xorb alkoħoliku u jidgħu. Gener kien jasal id-​dar tard wara li kien jilgħab magħhom il-​logħob tal-​kompjuter vjolenti. Maż-​żmien irrealizza li l-​affarijiet li kien qed jagħmel ma kinux qed jagħmluh ferħan, u ħass li ħajtu hi bla skop. Issa reġaʼ qiegħed fil-​verità. Hu jgħid li minn żmien għal żmien, għadu jkun imħajjar mid-​dinja, imma li jkollu l-​barka taʼ Ġeħova hu iktar importanti għalih.

15. Dwar xiex għandna naħsbu lkoll kemm aħna, kemm jekk trabbejna minn ġenituri Kristjani u kemm jekk le?

15 Anki jekk il-​ġenituri tiegħek mhumiex fil-​verità, aħseb dwar il-​privileġġ mill-​isbaħ li għandek li sirt taf il-​Ħallieq u li qed taqdih! Mill-​biljuni kollha taʼ nies fuq l-​art, Ġeħova bi mħabba rrivela lilu nnifsu lilek. X’barka dik! (Ġwanni 6:44, 45) Kemm jekk tgħallimna l-​verità mingħand il-​ġenituri u kemm jekk le, aħna nistgħu nkunu ferħanin ħafna li nafuha. (Aqra l-​1 Korintin 2:12.) Gener jgħid: “Min jien biex inkun magħruf minn Ġeħova, is-​Sid tal-​Univers?” (Salm 8:4) Oħt Kristjana tgħid: “L-​istudenti jħossuhom verament kburin għall-​fatt li jkunu magħrufin mill-​għalliem tagħhom. Kemm hu iktar taʼ privileġġ li nkunu magħrufin minn Ġeħova, l-​Istruttur Grandjuż!”

INT X’SE TAGĦMEL?

16. Iż-​żgħażagħ Kristjani x’għażla għaqlija għandhom jagħmlu?

16 Aħseb dwar il-​wirt spiritwali mill-​isbaħ tiegħek, u agħmilha mira li taqdi lil Ġeħova. Segwi l-​eżempju tajjeb taʼ wħud leali tal-​passat. Tkunx bħal maġġorparti taż-​żgħażagħ fid-​dinja li qed jaħlu ħajjithom u li m’għandhomx futur.—2 Korintin 4:3, 4.

17-19. Għala hu għaqli li tkun differenti min-​nies tad-​dinja?

17 Ovvjament, mhuwiex dejjem faċli li tkun differenti min-​nies tad-​dinja. Imma hija l-​iktar ħaġa għaqlija li tistaʼ tagħmel. Aħseb dwar atleta li jikkwalifika għall-​Olimpijadi. Biex jilħaq dak il-​livell, irid ikun differenti minn tamparu. Jevita ħafna affarijiet li jiħdulu l-​ħin u l-​attenzjoni. Irid ikun lest li jkun differenti ħalli jittrennja iktar u jilħaq il-​mira tiegħu.

Aħseb dwar il-​wirt spiritwali mill-​isbaħ tiegħek, u agħmilha mira li taqdi lil Ġeħova

18 Il-​maġġorparti tan-​nies tad-​dinja ma jaħsbux ħafna dwar ir-​riżultati ħżiena tal-​azzjonijiet tagħhom, imma l-​qaddejja taʼ Ġeħova jaħsbu f’dan. Jekk aħna differenti mid-​dinja u nevitaw affarijiet bħall-​immoralità li jistgħu jħassru r-​relazzjoni li għandna maʼ Ġeħova, se ‘naqbdu qabda soda mal-​ħajja vera.’ (1 Timotju 6:19) L-​oħt li ssemmiet qabel tgħid: “Jekk tieħu waqfa għal dak li temmen, se tħossok tajba ħafna fl-​aħħar mill-​aħħar. Dan jagħti prova li għandek is-​saħħa li tmur kontra l-​kurrent tad-​dinja taʼ Satana. Iktar minn hekk, huwa bħallikieku tistaʼ tara ’l Alla Ġeħova kburi bik u jitbissimlek! Imbagħad ħa tħossok tajba dwar li tkun differenti!”

19 Taħlix ħajtek billi taħseb biss fuq dak li tistaʼ takkwista issa. (Ekkleżjasti 9:2, 10) Int tifhem għala qiegħed hawn u li għandek l-​opportunità li tgħix għal dejjem. Dan jgħinek tieħu deċiżjonijiet tajbin u tevita li ‘timxi kif jimxu l-​ġnus.’ Ħajtek għandha valur taʼ veru.—Efesin 4:17; Malakija 3:18.

20, 21. (a) Jekk nieħdu deċiżjonijiet tajbin, x’jistaʼ jkun il-​futur tagħna? (b) Ġeħova x’jitlob minna?

20 Jekk nieħdu deċiżjonijiet tajbin, jistaʼ jkollna ħajja ferħana issa u jkollna ħajja taʼ dejjem fid-​dinja l-​ġdida t’Alla. Ġeħova se jberikna iktar milli qatt nistgħu nimmaġinaw. (Mattew 5:5; 19:29; 25:34) Madankollu, ma jagħtix dawn il-​barkiet lil kulħadd. Hu jitlob ubbidjenza min-​naħa tagħna. (Aqra l-​1 Ġwanni 5:3, 4.) Imma l-​isforzi tagħna biex naqdu lil Ġeħova b’lealtà minn issa huma worth it!

21 Ġeħova diġà tana ħafna. Aħna għandna għarfien eżatt tal-​Kelma tiegħu u fehma ċara tal-​verità dwaru u l-​iskopijiet tiegħu. Bħala Xhieda taʼ Ġeħova, għandna l-​privileġġ li nissejħu b’ismu. Alla jwegħedna li qiegħed fuq in-​naħa tagħna biex jgħinna. (Salm 118:7) Ejjew ilkoll kemm aħna, kemm jekk kbar u kemm jekk żgħar, nuru li napprezzaw il-​wirt spiritwali tagħna u li nixtiequ nagħtu lil Ġeħova “l-​glorja għal dejjem.”—Rumani 11:33-​36; Salm 33:12.

XI ESPRESSJONIJIET SPJEGATI

Il-​wirt spiritwali tagħna jinkludi:

  • Li nitgħallmu dwar Ġeħova u kif naqduh

  • Li nissejħu b’ismu u nsiru l-​ħbieb tiegħu

  • Li jkollna għarfien eżatt tal-​Kelma tiegħu

  • Li nitgħallmu mill-​eżempju taʼ lealtà tal-​ġenituri tagħna

  • Li nkunu wieħed jew waħda mill-​qaddejja t’Alla, bħal ħafna li għexu qabilna

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja