LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w16 April pp. 15-20
  • Għala għandna niltaqgħu flimkien għall-qima?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala għandna niltaqgħu flimkien għall-qima?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • IL-​LAQGĦAT HUMA TAʼ BENEFIĊĊJU
  • NGĦINU LIL OĦRAJN FIL-​LAQGĦAT
  • AĦNA SE NOGĦĠBU LIL ĠEĦOVA
  • IBQAʼ LTAQAʼ MAʼ ĦUTEK
  • Kif Jistgħu Jgħinuk il-Laqgħat tax-Xhieda ta’ Ġeħova?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Kwalitajiet li jimmotivawna nattendu l-laqgħat
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Għala Niltaqgħu Flimkien?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Tieħu Sehem f’li Tagħmel il-Laqgħat Kristjani Inkuraġġanti?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
w16 April pp. 15-20
Corinna u oħt oħra jimxu fit-tul biex jattendu laqgħa fis-Siberja

Għala għandna niltaqgħu flimkien għall-​qima?

“Ħa nagħtu kas xulxin . . . , u ma nabbandunawx il-​laqgħat tagħna flimkien.”—EBREJ 10:24, 25.

GĦANJIET: 20, 119

PERMEZZ TAL-​KAXXA “RAĠUNIJIET BIEX NATTENDU L-​LAQGĦAT,” SPJEGA . . .

  • kif il-​laqgħat tal-​kongregazzjoni huma taʼ benefiċċju għalina.

  • kif ngħinu lil oħrajn meta nattendu l-​laqgħat.

  • kif Ġeħova jħossu meta nattendu l-​laqgħat.

1-3. (a) Il-​Kristjani kif urew li huma ħerqanin li jiltaqgħu flimkien? (Ara l-​ewwel stampa.) (b) X’se niddiskutu f’dan l-​artiklu?

META Corinna kellha 17-​il sena, ommha kienet ġiet arrestata u ntbagħtet ’il bogħod f’kamp tax-​xogħol. Iktar tard, Corinna ttieħdet fis-​Siberja, eluf taʼ mili ’l bogħod mid-​dar tagħha. Hemmhekk ħadmet ġo razzett u kienet ittrattata bħala skjava. Kultant, ġiet imġiegħla taħdem barra f’kesħa tremenda mingħajr ma kellha l-​ħwejjeġ addattati biex iżommuha sħuna. Minkejja dan, Corinna u oħt oħra ddeċidew li jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jitilqu r-​razzett u jattendu laqgħa tal-​kongregazzjoni.

2 Corinna qalet: “Aħna tlaqna mix-​xogħol billejl u mxejna sal-​istazzjon tal-​ferrovija li kien 25 kilometru ’l bogħod. Il-​ferrovija telqet fis-​sagħtejn taʼ filgħodu, u nżilna sitt sigħat wara. Imbagħad imxejna 10 kilometri sa fejn issir il-​laqgħa.” Corinna kienet ferħana ħafna li għamlet dan il-​vjaġġ. Hi qalet: “Waqt il-​laqgħa, studjajna t-​Torri tal-​Għassa u kantajna għanjiet tas-​Saltna. Għalina kienet esperjenza inkuraġġanti ħafna u li ssaħħaħ ħafna l-​fidi.” Iż-​żewġ aħwa daħlu lura r-​razzett tlett ijiem wara, imma dak li jieħu ħsieb ir-​razzett lanqas biss kien induna li ma kinux hemm.

3 In-​nies taʼ Ġeħova dejjem ħarsu ’l quddiem biex ikunu flimkien. Eżatt wara li l-​kongregazzjoni Kristjana ġiet ifformata, is-​segwaċi taʼ Ġesù “kienu jqattgħu ħafna ħin fit-​tempju.” (Atti 2:46) Naturalment, int ukoll aktarx tħares ’il quddiem biex tattendi l-​laqgħat. Imma bħall-​kumplament taʼ ħutek irġiel u nisa, int għandek mnejn issibha diffiċli biex tattendi l-​laqgħat b’mod regulari. Forsi għandek bżonn taħdem ħafna sigħat jew għandek ħafna x’tagħmel jew dejjem tħossok għajjien. Allura, x’se jgħinna nagħmlu minn kollox biex nattendu l-​laqgħat tagħna?[1] (Ara n-​nota fl-​aħħar.) Kif nistgħu ninkuraġġixxu l-​istudenti tal-​Bibbja tagħna u oħrajn biex jattendu l-​laqgħat b’mod regulari? Dan l-​artiklu se jispjega li meta nattendu l-​laqgħat (1) ikun taʼ benefiċċju għalina, (2) ngħinu lil oħrajn, u (3) nogħġbu lil Ġeħova.[2]—Ara n-​nota fl-​aħħar.

IL-​LAQGĦAT HUMA TAʼ BENEFIĊĊJU

4. Il-​fatt li niltaqgħu flimkien kif jgħinna nitgħallmu dwar Ġeħova?

4 Il-​laqgħat jgħallmuna. Kull laqgħa tgħinna nitgħallmu iktar dwar Ġeħova. Pereżempju, il-​maġġorparti tal-​kongregazzjonijiet dan l-​aħħar studjaw il-​ktieb Ersaq Qrib Lejn Jehovah waqt l-​Istudju tal-​Bibbja tal-​Kongregazzjoni. Kif ħassejtek meta ddiskutejna l-​kwalitajiet taʼ Ġeħova u meta smajt kif ħutek iħossuhom dwaru? Bla dubju dan ġiegħlek tħobb lil Ġeħova saħansitra iktar. Apparti minn hekk, waqt il-​laqgħat nitgħallmu iktar dwar il-​Bibbja billi noqogħdu attenti għat-​taħditiet u turijiet, u billi nisimgħu sew meta tkun qed tinqara l-​Bibbja. (Neħemija 8:8) U aħseb dwar il-​ħafna affarijiet li niskopru kull ġimgħa meta nippreparaw għall-​qari tal-​Bibbja u mbagħad nisimgħu dak li oħrajn tgħallmu minnu.

5. Il-​laqgħat kif għenuk tuża dak li tgħallimt mill-​Bibbja u ttejjeb il-​mod kif tipprietka?

5 Il-​laqgħat jgħallmuna nużaw f’ħajjitna dak li nitgħallmu mill-​Bibbja. (1 Tessalonikin 4:9, 10) Pereżempju, ġieli attendejt Studju tat-​Torri tal-​Għassa li ħajrek tagħmel iktar fis-​servizz taʼ Ġeħova, li għenek ittejjeb it-​talb tiegħek, jew li għenek taħfer lil ħu jew oħt? Il-​laqgħa li jkollna fost il-​ġimgħa tistaʼ tgħallimna kif nippritkaw l-​aħbar tajba u kif ngħinu lil oħrajn jifhmu l-​verità mill-​Bibbja.—Mattew 28:19, 20.

6. Il-​laqgħat tagħna kif jinkuraġġuna u jgħinuna nibqgħu b’saħħitna?

6 Il-​laqgħat jinkuraġġuna. Id-​dinja taʼ Satana tipprova ddgħajfilna l-​fidi tagħna u tistaʼ ġġegħelna nħossuna stressati u skuraġġiti. Imma l-​laqgħat tagħna jinkuraġġuna u jagħtuna s-​saħħa biex inkomplu naqdu lil Ġeħova. (Aqra Atti 15:30-​32.) Spiss, niddiskutu kif profeziji fil-​Bibbja jkunu twettqu. Dan jistaʼ jġegħelna nħossuna saħansitra iktar ċerti li l-​wegħdi taʼ Ġeħova għall-​futur se jseħħu. Ħutna rġiel u nisa jinkuraġġuna mhux biss meta jagħtu taħditiet imma wkoll meta jikkummentaw u meta jfaħħru lil Ġeħova billi jkantaw mill-​qalb. (1 Korintin 14:26) U meta nkellmuhom qabel u wara l-​laqgħat, inħossu ċertu serħan għax għandna ħafna ħbieb li verament jimpurtahom minna.—1 Korintin 16:17, 18.

Il-​laqgħat tagħna jinkuraġġuna u jagħtuna s-​saħħa biex inkomplu naqdu lil Ġeħova

7. Għala hu importanti ħafna li nattendu l-​laqgħat tagħna?

7 Waqt il-​laqgħat, nirċievu l-​għajnuna tal-​ispirtu qaddis t’Alla. Ġesù juża dan l-​ispirtu qaddis biex imexxi l-​kongregazzjonijiet. Fil-​fatt, qalilna li għandna ‘nisimgħu dak li jgħid l-​ispirtu lill-​kongregazzjonijiet.’ (Rivelazzjoni 2:7) L-​ispirtu qaddis jistaʼ jgħinna biex nirreżistu t-​tentazzjoni u biex nippritkaw bil-​qlubija. Dan jistaʼ jgħinna wkoll biex nieħdu deċiżjonijiet tajbin. Huwa għalhekk li għandna nagħmlu dak kollu li nistgħu biex nattendu l-​laqgħat u nirċievu l-​għajnuna tal-​ispirtu qaddis t’Alla.

NGĦINU LIL OĦRAJN FIL-​LAQGĦAT

8. Meta ħutna jarawna waqt il-​laqgħat u jisimgħuna nikkummentaw u nkantaw, dan kif jgħinhom? (Ara wkoll il-​kaxxa “Dejjem iħossu aħjar minn kif daħal.”)

8 Waqt il-​laqgħat, għandna opportunitajiet li nuru li nħobbu lil ħutna rġiel u nisa. Ħafna fil-​kongregazzjoni tagħna qed jissaportu diffikultajiet kbar. L-​appostlu Pawlu kiteb: “Ħa nagħtu kas xulxin.” (Ebrej 10:24, 25) Aħna nistgħu nuru li nagħtu kas ħutna billi niltaqgħu flimkien biex ninkuraġġixxu lil xulxin. Meta mmorru l-​laqgħat, aħna nuru lil ħutna li rridu nkunu magħhom u li rridu nitkellmu magħhom. Aħna rridu nuru wkoll li aħna interessati fil-​mod kif qed iħossuhom. Aħna ninkuraġġuhom meta jisimgħuna nikkummentaw u nkantaw mill-​qalb.—Kolossin 3:16.

9, 10. (a) Spjega kif il-​kliem taʼ Ġesù li jinsab fi Ġwanni 10:16 jgħinna nifhmu għala hu importanti li niltaqgħu maʼ ħutna. (b) Kif nistgħu ngħinu lil xi ħadd li l-​familja tiegħu ma baqgħetx taċċettah?

9 Meta nattendu l-​laqgħat, inkunu qed ngħinu biex il-​membri tal-​kongregazzjoni jibqgħu qrib xulxin. (Aqra Ġwanni 10:16.) Ġesù qabbel lilu nnifsu maʼ ragħaj u lis-​segwaċi tiegħu maʼ merħla nagħaġ. Aħseb dwar dan: Jekk żewġ nagħġiet qegħdin fuq għolja, żewġ nagħġiet oħra huma f’wied, u nagħġa oħra hi xi mkien ieħor, nistgħu ngħidu li dawn il-​ħames nagħġiet huma merħla? Le, għax merħla nagħaġ jibqgħu flimkien u jsegwu lir-​ragħaj. B’mod simili, m’għandniex noqogħdu ’l bogħod minn ħutna billi ma nattendux il-​laqgħat. Hemm bżonn li niltaqgħu flimkien biex insiru parti minn “merħla waħda” li ssegwi “ragħaj wieħed.”

10 Il-​laqgħat tagħna jgħinuna nkunu magħqudin bħala familja kollha mħabba. (Salm 133:1) Xi wħud fil-​kongregazzjoni ma baqgħux jiġu aċċettati mill-​ġenituri tagħhom jew ħuthom. Imma Ġesù wiegħed li jtihom familja li se tħobbhom u tieħu ħsiebhom. (Marku 10:29, 30) Jekk tattendi l-​laqgħat b’mod regulari, tistaʼ ssir bħal missier, omm, ħu, jew oħt taʼ xi ħadd fil-​kongregazzjoni. Meta naħsbu dwar dan, inkunu rridu nagħmlu l-​aħjar tagħna biex nattendu l-​laqgħat kollha.

DEJJEM IĦOSSU AĦJAR MINN KIF DAĦAL

“DAN l-​aħħar, bdejt inbati minn ħafna problemi taʼ saħħa li għamluhieli diffiċli biex nattendi l-​laqgħat. Imma ladarba nkun hemm, nistaʼ nieħu pjaċir bl-​ikla spiritwali mill-​isbaħ li Ġeħova jkun ipprepara. Għalkemm niġi b’ħafna wġigħ fl-​irkoppa, problemi tal-​qalb, u komplikazzjonijiet minħabba d-​dijabete, dejjem inħoss li nitlaq mil-​laqgħa aħjar minn kif dħalt.

“Meta smajt għall-​ewwel darba għanja numru 68, ‘Talba taʼ Min Ikun Batut,’ kantata mill-​aħwa tal-​kongregazzjoni tagħna, qabiżli d-​dmugħ. Kienet sabiħa ħafna! Il-​hearing aids setgħu jaqbdu l-​leħen taʼ kulħadd, u jien kantajt magħhom. Kemm ħassejt li kienet xi ħaġa sabiħa li kont hemm!”—George, 58 sena.

AĦNA SE NOGĦĠBU LIL ĠEĦOVA

11. Il-​fatt li nattendu l-​laqgħat, kif jgħinna nagħtu lil Ġeħova dak li jistħoqqlu?

11 Waqt il-​laqgħat, aħna nagħtu lil Ġeħova dak li jistħoqqlu. Ladarba hu l-​Ħallieq tagħna, għandna nirringrazzjawh, nonorawh, u nfaħħruh. (Aqra Rivelazzjoni 7:12.) Aħna nistgħu nagħmlu dan waqt il-​laqgħat meta nitolbu lil Ġeħova, inkantaw lilu, u nitkellmu dwaru. X’opportunità mill-​isbaħ għandna li nqimu lil Ġeħova kull ġimgħa!

Ġeħova jinnota li aħna verament nixtiequ nattendu l-​laqgħat u japprezza kull sforz li nagħmlu biex inkunu hemm

12. Ġeħova kif iħossu meta nobdu l-​kmand biex nattendu l-​laqgħat?

12 Ġeħova hu l-​wieħed li ħalaqna, u għandna nobduh. Hu kkmandana biex nibqgħu niltaqgħu flimkien, speċjalment hekk kif nersqu eqreb it-​tmiem. Allura meta nobdu dan il-​kmand, Ġeħova jieħu pjaċir. (1 Ġwanni 3:22) Hu jinnota li aħna verament nixtiequ nattendu l-​laqgħat u japprezza kull sforz li nagħmlu biex inkunu hemm.—Ebrej 6:10.

13, 14. Kif nersqu qrib taʼ Ġeħova u Ġesù waqt il-​laqgħat?

13 Meta mmorru l-​laqgħat, inkunu qed nuru lil Ġeħova li rridu nersqu eqreb tiegħu u taʼ Ibnu. Waqt il-​laqgħat, nistudjaw il-​Bibbja u nitgħallmu minn Ġeħova dak li għandna nagħmlu u kif għandna ngħixu. (Isaija 30:20, 21) Xi wħud li ma jaqdux lil Ġeħova u li jattendu l-​laqgħat, ukoll jirrealizzaw li Alla qed jiggwidana. (1 Korintin 14:23-​25) Ġeħova qed jidderieġi l-​laqgħat tagħna bl-​ispirtu qaddis tiegħu, u dak li nitgħallmu hemm ikun ġej minnu. Allura meta nattendu l-​laqgħat, inkunu qed nisimgħu dak li Ġeħova qed jgħid, inħossu kemm iħobbna, u nersqu eqreb tiegħu.

14 Ġesù, il-​Kap tal-​kongregazzjoni, qal: “Fejn hemm tnejn jew tlieta miġburin flimkien f’ismi, jien inkun hemmhekk f’nofshom.” (Mattew 18:20) Il-​Bibbja tgħid ukoll li Ġesù “jimxi f’nofs” il-​kongregazzjonijiet. (Rivelazzjoni 1:20–2:1) B’mod ċar, Ġeħova u Ġesù huma magħna u qed isaħħuna waqt il-​laqgħat tagħna. Kif taħseb li Ġeħova jħossu meta jara li qed tagħmel kulma tistaʼ biex tersaq qrib tiegħu u taʼ Ibnu?

15. Il-​fatt li nattendu l-​laqgħat kif juri lil Alla li rridu nobdu lilu?

15 Meta nattendu l-​laqgħat, inkunu qed nuru lil Ġeħova li rridu nobduh. Ġeħova ma jisforzaniex nagħmlu dak li jrid hu. (Isaija 43:23) Allura, meta nagħżlu li nobdu l-​kmand tiegħu li nattendu l-​laqgħat, inkunu qed nuruh li nħobbuh u li nemmnu li għandu d-​dritt li jgħidilna dak li għandna nagħmlu. (Rumani 6:17) Pereżempju, x’se nagħmlu jekk l-​imgħallem tagħna jippretendi li naħdmu ħafna sal-​punt li ma nkunux nistgħu nattendu l-​laqgħat tagħna b’mod regulari? Jew għandu mnejn li l-​gvern jgħid li jekk xi ħadd jiltaqaʼ biex iqim lil Ġeħova, se jkollu jħallas multa, imur il-​ħabs, jew jiġi kkastigat b’xi ħaġa iktar gravi. Jew kultant għandu mnejn li sempliċement nippreferu nagħmlu xi ħaġ’oħra minflok immorru l-​laqgħat. F’kull wieħed minn dawn il-​każijiet, aħna rridu niddeċiedu x’se nagħmlu. (Atti 5:29) Imma kull darba li nagħżlu li nobdu lil Ġeħova, nagħmluh ferħan.—Proverbji 27:11.

IBQAʼ LTAQAʼ MAʼ ĦUTEK

16, 17. (a) Kif nafu li l-​laqgħat kienu importanti ħafna għall-​Kristjani tal-​ewwel seklu? (b) Ħuna George Gangas kif ħassu dwar il-​laqgħat Kristjani?

16 Wara li l-​Kristjani ltaqgħu flimkien f’Pentekoste tas-​sena 33, bdew jiltaqgħu b’mod regulari biex iqimu lil Ġeħova. Huma ‘taw kas xulxin u m’abbandunawx il-​laqgħat tagħhom flimkien.’ (Ebrej 10:24, 25) U ma waqfux jiltaqgħu flimkien anki meta kienu ppersegwitati mill-​gvern Ruman u l-​mexxejja reliġjużi Lhud. Għalkemm ma kienx faċli, huma għamlu kulma setgħu biex ikomplu jiltaqgħu flimkien.

17 Anki llum, il-​qaddejja taʼ Ġeħova jħossuhom grati ħafna għal-​laqgħat u jieħdu pjaċir ikunu hemm. George Gangas, li kien membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna għal iktar minn 22 sena, qal: “Għalija, li niltaqaʼ mal-​aħwa huwa wieħed mill-​akbar pjaċiri tal-​ħajja u sors taʼ inkuraġġiment. Inħobb inkun fis-​Sala tas-​Saltna fost tal-​ewwel, u nitlaq fost tal-​aħħar, jekk inhu possibbli. Inħoss ferħ ġewwieni meta nitkellem man-​nies t’Alla. Meta nkun fosthom inħossni komdu mal-​familja tiegħi, f’ġenna spiritwali.” Hu żied jgħid: “Il-​ħsieb profond u x-​xewqa ġewwinija tiegħi huma li nattendi l-​laqgħat.”

18. Kif tħossok dwar il-​laqgħat tagħna, u x’int determinat li tagħmel?

18 Int ukoll tħossok b’dan il-​mod dwar li tqim lil Ġeħova? Jekk iva, ibqaʼ agħmel kulma tistaʼ biex tkun maʼ ħutek irġiel u nisa waqt il-​laqgħat, anki meta jkun diffiċli. Uri lil Ġeħova li verament tħossok bħas-​Sultan David, li qal: “Ġeħova, jien ħabbejtha d-​dar fejn tgħammar int.”—Salm 26:8.

^ [1] (paragrafu 3) Xi wħud minn ħutna rġiel u nisa ma jistgħux jattendu l-​laqgħat b’mod regulari minħabba ċirkustanzi li m’għandhomx kontroll fuqhom. Pereżempju, għandu mnejn ikunu morda ħafna. Huma jistgħu jkunu ċerti li Ġeħova jifhem is-​sitwazzjoni tagħhom u japprezza ħafna kulma jagħmlu biex iqimuh. L-​anzjani jistgħu jgħinu lil dawn biex jisimgħu l-​laqgħat, forsi billi jgħinuhom jagħmlu kollegament bit-​telefown jew billi jirrekordjawlhom il-​laqgħat.

^ [2] (paragrafu 3) Ara l-​kaxxa “Raġunijiet biex nattendu l-​laqgħat.”

Waqt laqgħa tal-kongregazzjoni

RAĠUNIJIET BIEX NATTENDU L-​LAQGĦAT

  1. Niġu mgħallmin minn Ġeħova.

  2. Inħossuna inkuraġġiti.

  3. Nirċievu l-​għajnuna mill-​ispirtu qaddis t’Alla.

  4. Għandna opportunitajiet biex nuru lil ħutna li nħobbuhom.

  5. Inkunu qrib taʼ ħutna.

  6. Nagħtu lil Ġeħova dak li jistħoqqlu.

  7. Nuru lil Ġeħova li rridu nersqu eqreb tiegħu u taʼ Ibnu.

  8. Nuru lil Ġeħova li rridu nobduh.

XI ESPRESSJONIJIET SPJEGATI

  • Aħna niltaqgħu flimkien għall-​qima: Aħna nħobbu lil Ġeħova u nkunu rridu nobduh, u allura aħna ħerqanin biex infaħħruh flimkien maʼ ħutna. Waqt il-​laqgħat tagħna, aħna nitolbu lilu, inkantaw lilu, u nitkellmu dwaru, u dan jagħmel lil Ġeħova ferħan

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja