Ħalli s-Sagrifiċċju taʼ Ġesù Jeffettwalek Ħajtek
Darba fis-sena, ix-Xhieda taʼ Ġeħova u l-miljuni taʼ nies li jistiednu jiltaqgħu għat-Tifkira tal-mewt taʼ Ġesù, bħalma kmandana nagħmlu. (Luqa 22:19) Din l-okkażjoni tgħinna nifhmu kemm hu importanti dak li għamel Ġesù meta ta ħajtu għan-nies. Din turina wkoll kif is-sagrifiċċju taʼ Ġesù jeffettwalna ħajjitna, kemm issa u kemm fil-futur.—Ġwanni 3:16.
Jekk ma kontx magħna għat-Tifkira taʼ din is-sena, kif tistaʼ tħalli s-sagrifiċċju tal-mewt taʼ Ġesù jeffettwak? Ġesù għallimna li rridu nagħmlu żewġ affarijiet importanti:
1. Tgħallem dwar Alla u Ġesù. Lil Missieru fis-sema, Ġesù qallu hekk f’talba: “Il-ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l-uniku Alla veru, u dwar Ġesù Kristu li int bgħatt.”—Ġwanni 17:3.
2. Aħdem fuq dak li qed titgħallem. Ġesù enfasizza l-bżonn li npoġġu fil-prattika t-tagħlim tiegħu. Pereżempju, hu spiċċa l-Prietka taʼ Fuq il-Muntanja billi faħħar lil kull min ‘jismaʼ kliemu u jagħmlu.’ (Luqa 6:46-48) Bl-istess mod, darb’oħra hu qal: ‘Jekk tafu dan, ferħanin intom jekk tagħmluh.’—Ġwanni 13:17.
Tixtieq titgħallem iktar dwar Alla u Ġesù? Tixtieq tkun taf kif tpoġġi fil-prattika dak li titgħallem? Dawn huma xi ideat kif tistaʼ ssib informazzjoni li se tgħinek:
Kors tal-Bibbja
Il-kors tal-Bibbja li nagħtu b’xejn qed jgħin lil ħafna nies jaraw x’tgħid il-Bibbja. Jgħinhom ukoll kif jistgħu jpoġġu fil-prattika dak li qed jitgħallmu f’ħajjithom.
Idħol fil-paġna bl-isem Studja l-Bibbja maʼ Xi Ħadd biex titgħallem iktar dwar dan il-kors.
Ara l-vidjow Nieħdu Pjaċir Nistudjaw il-Bibbja Miegħek biex tkun taf kif isir studju tal-Bibbja max-Xhieda taʼ Ġeħova.
Laqgħat tax-Xhieda taʼ Ġeħova
Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jiltaqgħu darbtejn fil-ġimgħa f’post jismu Sala tas-Saltna. F’dawn il-laqgħat niddiskutu l-Bibbja u kif nistgħu npoġġu fil-prattika dak li nitgħallmu minnha.
Dawn il-laqgħat huma miftuħin għall-pubbliku u m’hemmx bżonn tkun Xhud biex tiġi. Skont fejn toqgħod, jistaʼ jkun li tistaʼ tattendi wkoll bl-Internet.
Ara l-vidjow X’jiġri f’Sala tas-Saltna? biex ikollok idea taʼ x’jiġri waqt dawn il-laqgħat.
Sib laqgħa viċin tiegħek billi tidħol fil-paġna Il-Laqgħat tax-Xhieda taʼ Ġeħova.
Artikli u vidjows online
F’din il-website ssib ħafna artikli u vidjows li jgħinuk titgħallem iktar dwar it-tagħlim taʼ Ġesù u kemm hi importanti l-mewt tiegħu bħala sagrifiċċju għalina.
Pereżempju, biex tkun taf kif il-mewt taʼ raġel wieħed qed jgħin lil miljuni taʼ nies, aqra l-artikli “Ġesù huwa s-salvatur tagħna—Kif?” u “Ġesù għala bata u miet?” jew ara l-vidjow Ġesù Għala Miet?