LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 33
  • Mard Kroniku—Tistaʼ Tgħin il-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mard Kroniku—Tistaʼ Tgħin il-Bibbja?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • Il-Bibbja Twegħedna Futur Sabiħ
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Il-Bibbja Twegħedna Futur Sabiħ
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Ibda Sir Af Kif mill-Bibbja
  • Meta Sieħeb fiż-Żwieġ Ikollu Bżonnijiet Speċjali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Kif Tkampa ma’ Problema taʼ Saħħa li Ma Kontx Qed Tistennieha
    Iktar Suġġetti
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 33

Mard Kroniku—Tistaʼ Tgħin il-Bibbja?

It-tweġiba tal-Bibbja

Iva. Alla jimpurtah mill-qaddejja tiegħu li huma morda. Rigward qaddej leali, il-Bibbja tgħid: “Ġeħova se jwieżnu fuq is-sodda tal-mard.” (Salm 41:3) Jekk għandek mard kroniku, it-tliet passi li ġejjin jistgħu jgħinuk tkampa:

  1. Itlob għas-saħħa biex tkampa. Tistaʼ tingħata “l-paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb,” li tistaʼ tnaqqaslek l-ansjetà u ssostnik.—Filippin 4:6, 7.

  2. Kun pożittiv. Il-Bibbja tgħid: “Qalb ferħana tagħti s-saħħa, ruħ imnikkta tmewwet il-ġisem.” (Proverbji 17:22, Għaqda Biblika Maltija) Ikkultiva s-sens umoristiku tiegħek, ladarba dan mhux biss inaqqas id-dwejjaq imma jistaʼ jkun ukoll taʼ benefiċċju għal saħħtek.

  3. Ibni t-tama tiegħek fil-futur. Tama soda tistaʼ tgħinek tkun ferħan minkejja mard kroniku. (Rumani 12:12) Il-Bibbja tbassar żmien meta “ħadd minn min jgħammar hemmhekk ma jgħid: ‘Jien marid.’” (Isaija 33:24) Alla mbagħad se jfejjaq il-mard kroniku kollu li ma tistax tfejjaq ix-xjenza moderna. Pereżempju, il-Bibbja tgħid li l-anzjani se jerġgħu jsiru żgħażagħ u f’saħħithom: “Ħa jsir laħmu iktar frisk milli fiż-żgħożija; ħa jmur lura lejn il-jiem mimlijin enerġija taż-żgħożija.”—Ġob 33:25.

Nota: Waqt li jirrikonoxxu l-għajnuna li Alla jipprovdi, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jfittxu wkoll kura medika għall-mard kroniku. (Marku 2:17) Madankollu, aħna ma nirrikkmandaw l-ebda kura medika; inħossu li kull persuna għandha tieħu d-deċiżjonijiet tagħha stess rigward is-saħħa.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja