LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwfq artiklu 46
  • Kemm Hemm Xhieda taʼ Ġeħova Madwar id-Dinja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kemm Hemm Xhieda taʼ Ġeħova Madwar id-Dinja?
  • Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kif tgħoddu kemm hemm Xhieda taʼ Ġeħova?
  • Hemm bżonn li individwu jagħti l-​flus biex ikun Xhud?
  • Kif tafu kemm hemm uħud li qed jippritkaw b’mod attiv?
  • Tgħoddu lil dawk li jassoċjaw mal-​organizzazzjoni tagħkom imma ma jippritkawx?
  • Iċ-ċensimenti tal-​gvernijiet għala jgħidu li hemm iktar Xhieda milli juru l-​figuri tagħkom?
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Tama għall-2024—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Se Tinqalaʼ Gwerra Dinjija Oħra?—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
ijwfq artiklu 46
Xhud taʼ Ġeħova qed tipprietka lil waħda mara

Kemm Hemm Xhieda taʼ Ġeħova Madwar id-​Dinja?

Rapport tal-2024

Numru taʼ Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-​dinja

9,043,460

Kongregazzjonijiet

118,767

Pajjiżi fejn jippritkaw ix-​Xhieda taʼ Ġeħova

240

Total tal-2024

Rapporti tal-Pajjiżi u Postijiet Oħra tal-2024

Kif tgħoddu kemm hemm Xhieda taʼ Ġeħova?

Bħala Xhieda taʼ Ġeħova ngħoddu biss lil dawk li b’mod attiv jippritkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla kull xahar. (Mattew 24:14) Dan jinkludi lil dawk li tgħammdu bħala Xhieda kif ukoll lil dawk li, għalkemm għadhom ma tgħammdux, jikkwalifikaw biex jieħdu sehem fix-​xogħol tal-​ippritkar.

Hemm bżonn li individwu jagħti l-​flus biex ikun Xhud?

Le. Id-​donazzjonijiet m’għandhomx x’jaqsmu jekk individwu jkunx Xhud jew jekk jingħatax xi inkarigu jew privileġġ partikulari fl-​organizzazzjoni tagħna. (Atti 8:18-​20) Infatti, ħadd ma jgħid kemm jagħti donazzjonijiet. Kull Xhud jagħti kemm jixtieq mill-​ħin, l-​enerġija, u l-​affarijiet tiegħu għax-​xogħol tagħna madwar id-​dinja u skont iċ-​ċirkustanzi tiegħu.—2 Korintin 9:7.

Kif tafu kemm hemm uħud li qed jippritkaw b’mod attiv?

Kull xahar, ix-​Xhieda jagħtu rapport tal-​attività tagħhom fl-​ippritkar lill-​kongregazzjoni lokali tagħhom. Dan ir-​rapport isir b’mod volontarju.

Ir-​rapporti tal-​kongregazzjoni jinġabru flimkien u t-​totali jintbagħtu lill-​uffiċċju tal-​fergħa lokali. Il-​fergħa tibgħat it-​totali taʼ kull pajjiż jew post lill-​kwartieri ġenerali tagħna.

Fit-​tmiem taʼ kull sena taʼ servizz,a jiġi determinat l-​ogħla numru taʼ Xhieda għal kull pajjiż matul dik is-​sena. Dawn il-​figuri jingħaddu flimkien biex inkunu nafu n-​numru taʼ Xhieda madwar id-​dinja. Rapporti dettaljati taʼ kull pajjiż huma ppubblikati fis-sezzjoni “Madwar id-dinja” fil-website tagħna. Dawn ir-​rapporti jinkuraġġuna, bħalma rapporti simili inkuraġġew lill-​Kristjani tal-​bidu.—Atti 2:41; 4:4; 15:3.

Tgħoddu lil dawk li jassoċjaw mal-​organizzazzjoni tagħkom imma ma jippritkawx?

Għalkemm ma ninkludux lil dawn l-​uħud fl-​għadd taʼ Xhieda, aħna nilqgħuhom fil-​kongregazzjonijiet tagħna. Il-​biċċa l-​kbira minnhom jattendu t-​Tifkira tal-​mewt taʼ Kristu kull sena. Allura n-​numru taʼ dawn l-​uħud jistaʼ bejn wieħed u ieħor jiġi determinat mid-​differenza bejn l-​kemm attendew it-Tifkira​ u n-​numru taʼ Xhieda. Fl-​2024, l-​attendenza għat-​Tifkira kienet 21,119,442.

Ħafna li ma jattendux il-​laqgħat tagħna jibbenefikaw mill-​programm tagħna taʼ studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas. Matul l-​2024, kull xahar kellna medja taʼ 7,480,146 studju tal-​Bibbja, u ftit minn dawn kienu maʼ iktar minn persuna waħda.

Iċ-ċensimenti tal-​gvernijiet għala jgħidu li hemm iktar Xhieda milli juru l-​figuri tagħkom?

Uffiċċji taċ-​ċensiment tal-​gvern spiss iġibu l-​figuri tagħhom billi jistaqsu lin-​nies maʼ liema grupp reliġjuż jidentifikaw lilhom infushom. Pereżempju, l-​Uffiċċju taċ-​Ċensiment tal-​Istati Uniti jgħid li fl-​istħarriġ tagħhom “ipprovaw jiddeterminaw jekk dawk li mlew l-​istħarriġ qisux lilhom infushom bħala li huma membri taʼ xi komunità reliġjuża,” u żiedu jgħidu li l-​figuri finali huma bbażati fuq opinjonijiet persunali u mhux fuq fatti. Bħala kuntrast, aħna bħala Xhieda taʼ Ġeħova ngħoddu biss lil dawk li jippritkaw lil oħrajn u li jirrapportaw din l-​attività, u mhux dawk li sempliċement jgħidu li huma Xhieda.

a Sena taʼ servizz tibda mill-​1 taʼ Settembru sal-​31 t’Awwissu tas-​sena taʼ wara. Pereżempju, is-​sena taʼ servizz 2015 bdiet fl-​1 taʼ Settembru 2014 u spiċċat fil-​31 t’Awwissu 2015.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja