LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 63
  • Il-flerting huwa pjaċir mingħajr ħsara?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-flerting huwa pjaċir mingħajr ħsara?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’inhu flerting?
  • Xi nies għala jifflertjaw?
  • X’inhuma l-​perikli?
  • 1 Għajnuna biex tevita l-problemi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2018
  • Ħbiberija jew relazzjoni romantika?—It-2 parti: X’messaġġ qed inwassal?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Ħbiberija jew relazzjoni romantika?—L-1 parti: X’messaġġ qed nirċievi?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Ibqaʼ Safi Billi Tgħasses lil Qalbek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 63
Tfajla tifflertja maʼ ġuvni fil-​klassi

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Il-​flerting huwa pjaċir mingħajr ħsara?

  • X’inhu flerting?

  • Xi nies għala jifflertjaw?

  • X’inhuma l-​perikli?

  • Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

X’inhu flerting?

Xi nies jaħsbu li l-​flerting hu mod kif turi, bil-​kliem jew bl-​azzjonijiet, li għandek interess romantiku f’xi ħadd tas-​sess oppost. Huwa ħażin li turi li għandek interess romantiku f’xi ħadd? Mhux bilfors. Ann, li għandha 25 sena tgħid: “Jekk int lesta biex tibda relazzjoni, u interessata f’xi ħadd, b’liema modi oħra tistaʼ tkun taf jekk il-​persuna l-​oħra tħosshiex l-​istess?”

Iżda, f’dan l-​artiklu se niddiskutu l-​konsegwenzi li jġib miegħu l-​flerting, jiġifieri, li taġixxi b’mod li turi li int interessat f’xi ħadd b’mod romantiku, meta fil-​verità m’għandekx intenzjoni li tibda relazzjoni miegħu.

“Li tagħti attenzjoni speċjali lil xi ħadd għax tixtieq tibda relazzjoni romantika miegħu hija ħaġa, imma li ġġiegħlu jaħseb li inti interessata fih u mbagħad f’daqqa waħda tieqaf taġixxi hekk u tweġġgħu, hi xi ħaġa oħra.”​—Deanna, 20 sena.

Xi nies għala jifflertjaw?

Xi nies jifflertjaw sempliċiment biex iħossuhom aħjar dwarhom infushom. Hailey li għandha 23 sena tgħid, “Meta tinduna li jistaʼ jkollok din it-​tip t’attenzjoni, tibda togħġbok u forsi tkun trid iktar.”

Imma jekk l-​intenzjoni tiegħek hi li tagħti l-​impressjoni li int interessat b’mod romantiku f’xi ħadd meta m’intix, tkun qed turi li ma jimpurtakx kif tħossha l-​persuna l-​oħra emozzjonalment. Tkun qiegħed ukoll tqajjem dubju dwar kemm int tal-​affari tiegħek. Il-​Bibbja tgħid: “Il-​bluha tferraħ lil min għandu qalbu belha.”​—Proverbji 15:21.

Għal din ir-​raġuni, Hailey tkompli, “Għall-​ewwel il-​flerting jistaʼ ma jkunx taʼ ħsara, imma ħafna drabi jispiċċa jikkaġuna wġigħ.”

X’inhuma l-​perikli?

  • Il-​flerting jagħmel ħsara lir-​reputazzjoni tiegħek.

    “Meta tfajla tifflertja turi li mhix kunfidenti fiha nfisha u hi immatura. Tħoss li hi mhux qed tkun onesta miegħek imma qiegħda biss tipprova tieħu xi ħaġa minnek.”​—Jeremy, 24 sena.

    Il-​Bibbja tgħid: “L-​imħabba . . . ma tfittixx l-​interessi tagħha.”​—1 Korintin 13:​4, 5.

    Aħseb dwar dan: X’tip taʼ kliem jew azzjonijiet jistgħu jwasslu biex ikollok reputazzjoni li tħobb tifflertja?

  • Il-​flerting iweġġaʼ l-​persuna li qed tifflertja magħha.

    “Jekk niltaqaʼ maʼ xi ħadd li joqgħod jifflertja, jimbottani. Ikun bħallikieku qed ikellimni biss għax jien tfajla. Uħud li jifflertjaw mhux veru jimpurtahom minni; jimpurtahom biss li huma jħossuhom tajjeb.”​—Jaqueline, 22 sena.

    Il-​Bibbja tgħid: “Ħalli ħadd ma jibqaʼ jfittex dak li jaqbel lilu, imma dak li jaqbel lil ħaddieħor.”​—1 Korintin 10:24.

    Aħseb dwar dan: Qatt xi ħadd tak x’jifhem li kien interessat fik b’mod romantiku, imbagħad sirt taf li mhux veru? Jekk iva, kif ħassejtek wara? Kif tistaʼ tevita li tweġġaʼ lil xi ħadd ieħor b’dan il-​mod?

  • Il-​flerting jaf itelliflek iċ-​ċans taʼ li jkollok relazzjoni romantika ġenwina.

    “Qatt m’jien se nitħajjar nibda relazzjoni jew niżżewweġ lil xi ħadd li jifflertja. Kif nistaʼ jien insir naf jew inkella nafda lil xi ħadd jekk qatt ma juri x’inhu verament?”​—Olivia, 21 sena.

    Fil-​Bibbja, is-​salmista David qal: “Ma nimxix maʼ dawk li jaħbu x’inhuma.”​—Salm 26:4.

    Aħseb dwar dan: Persuna li tifflertja, x’tip taʼ nies se tiġbed lejha? Hija din it-​tip taʼ persuna li int tixtieq tiġbed lejk?

Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

Scott

“Jekk tħobb tifflertja, ħa tweġġaʼ lin-​nies, u dawn in-​nies ħa jmorru jgħidu lil ħaddieħor xi tkun għamilt. Iktar ma se tifflertja ma nies differenti, iktar se tagħmel ħsara lir-​reputazzjoni tiegħek, u iktar se tkun diffiċli biex tiksibha lura.”​—Scott, 20 sena.

Jeslyn

“Il-​flerting jistaʼ jagħmel ħsara kbira lir-​reputazzjoni tiegħek. Fil-​fatt, xi ħadd li jifflertja juri li mhux sinċier u li ma tistax tafdah. Mhuwiex xi ħadd li kieku nagħżel bħala ħabib tal-​qalb.”​—Jeslyn, 19-​il sena.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja