LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 90
  • Kif Nistaʼ Nevita li Naħseb Ħażin?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Nistaʼ Nevita li Naħseb Ħażin?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’taħseb dwarek innifsek?
  • Għala hu importanti?
  • Dak li tistaʼ tagħmel
  • Aqra iktar dwar dan
  • Kif Nistaʼ Nirkupra minn Xi Falliment?
    Stenbaħ!—2004
  • Kif Tistaʼ Tikkumbatti Sentimenti Negattivi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Ibni lill-Familja Tiegħek bi “Kliem Pjaċevoli”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 90
Żagħżugħa qed taħseb negattiv u għandha sħaba sewda fuqha waqt li nieżla x-xita

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Kif Nistaʼ Nevita li Naħseb Ħażin?

  • X’taħseb dwarek innifsek?

  • Għala hu importanti?

  • Dak li tistaʼ tagħmel

  • Aqra iktar dwar dan

  • Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

X’taħseb dwarek innifsek?

  • Pożittiv

    “Nipprova nkun ferħana u relaxed kemm jistaʼ jkun. Għala m’għandux ikolli tbissima fuq wiċċi kuljum?”—Valerie.

  • Negattiv

    “Meta tiġri xi ħaġa tajba, mill-ewwel naħseb li ma tistax tkun vera.”—Rebecca.

  • Realistiku

    “Jekk naħseb fit-tajjeb biss, dejjem se nkun diżappuntata meta l-affarijiet ma jmorrux kif xtaqt. U jekk naħseb fil-ħażin biss, dejjem se nkun imdejqa. Li nkun realistika jgħinni nara l-affarijiet kif verament huma.”—Anna.

Għala hu importanti?

Il-Bibbja tgħid li “min iħossu tajjeb f’qalbu jinsab f’festa l-ħin kollu.” (Proverbji 15:15) B’mod ċar, nies li ma jkunux negattivi u jħarsu lejn il-ħajja b’mod pożittiv normalment ikunu iktar ferħanin. Huma għandhom ċans li iżjed jagħmlu ħbieb. Wara kollox, min irid iqattaʼ l-ħin maʼ xi ħadd imdejjaq?

Imma anki jekk int l-iżjed persuna pożittiva, xorta jinqalgħu affarijiet diffiċli fil-ħajja. Pereżempju:

  • Fl-aħbarijiet tismaʼ rapporti negattivi li qed iseħħu madwar id-dinja bħal global warming, gwerer, terroriżmu, jew kriminalità.

  • Jaf għandek tiffaċċja problemi fil-familja.

  • Forsi għandek affarijiet li trid ittejjeb fil-personalità tiegħek.

  • Ħabib jaf weġġgħek b’dak li qal jew għamel.

Minflok tinjora dawn il-problemi jew tiffissa fuqhom, ipprova ħares lejhom b’mod realistiku. Meta tħares lejn l-affarijiet b’mod realistiku, se tevita ħsibijiet negattivi għalxejn u se taċċetta r-realtà mingħajr ma taqaʼ ħażin.

Żagħżugħa taħseb pożittiv hekk kif tieqaf ix-xita

Iffaċċja l-maltempati tal-ħajja waqt li tkun ċert li maż-żmien se terġaʼ toħroġ ix-xemx

Dak li tistaʼ tagħmel

  • Kun realistiku miegħek innifsek.

    Il-Bibbja tgħid: “M’hemm l-ebda bniedem ġust fuq l-art li dejjem jagħmel it-tajjeb u ma jidnibx,” jew ma jiżbaljax. (Ekkleżjasti 7:20) Il-fatt li tiżbalja juri li int persuna normali, u mhux li ma tiswa xejn.

    Kif tkun realistiku: Ipprova tejjeb lilek innifsek imma tistenniex li ħa tkun perfett. “Nipprova nevita li nhewden fuq l-iżbalji tiegħi,” jgħid żagħżugħ jismu Caleb. “Minflok, nipprova nitgħallem minnhom biex nara kif nistaʼ nsir persuna aħjar.”

  • Evita li tqabbel.

    Il-Bibbja tgħid: “Ħa ma nintefħux bina nfusna, għax b’hekk inqanqlu l-kompetizzjoni bejnietna, u ngħiru għal xulxin.” (Galatin 5:26) Meta toqgħod tħares lejn ir-ritratti fuq is-social media taʼ x’inhuma jagħmlu oħrajn u taʼ fejn ma kontx mistieden, inti jaf tħossok irrabjat. Dan jistaʼ jġiegħlek tħossok li l-ħbieb tiegħek mhux vera jriduk.

    Kif tkun realistiku: Aċċetta l-fatt li mhux se tkun mistieden għal kull ħaġa li ssir. U apparti minn hekk, fuq is-social media ma tarax l-istorja kollha. Żagħżugħa jisimha Alexis tgħid: “Fuq is-social media kulma jitfgħu hu l-aħjar mumenti taʼ ħajjithom, u mhux affarijiet taʼ kuljum.”

  • Żid il-paċi—speċjalment fil-familja.

    Il-Bibbja tgħid: “Jekk inhu possibbli, sakemm jiddependi minnkom, żommu l-paċi mal-bnedmin kollha.” (Rumani 12:18) Ma tistax tikkontrolla kif jaġixxu oħrajn, imma tistaʼ tikkontrolla kif taġixxi int. Inti tistaʼ tagħżel li żżomm il-paċi.

    Kif tkun realistiku: Agħmel sforz biex il-problemi fil-familja ma tagħmilhomx agħar milli huma. Imma żomm il-paċi mal-familja bħalma kieku tagħmel mal-ħbieb tiegħek. “Ħadd mhu perfett u kulħadd se jqabbiżha lil xi ħadd xi darba jew oħra,” tgħid żagħżugħa jisimha Melinda. “Huwa f’idejna li niddeċiedu jekk hux se naħdmu għall-paċi jew le.”

  • Uri li tapprezza.

    Il-Bibbja tgħid: “Uru li intom grati.” (Kolossin 3:15) Jekk inti tapprezza, se tiffoka fuq dak li hu tajjeb f’ħajtek flok dak li ma jogħġbokx.

    Kif tkun realistiku: Aċċetta l-problemi tiegħek, imma tinjorax dak kollu li għandek tajjeb f’ħajtek. “Kuljum nikteb xi ħaġa pożittiva fuq id-diary tiegħi,” tgħid żagħżugħa jisimha Rebecca. “Irrid infakkar lili nnifsi li għandi ħafna affarijiet pożittivi fuq xiex naħseb.”

  • Aħseb fuq il-ħbieb li għandek.

    Il-Bibbja tgħid: “Kumpanija ħażina tħassar id-drawwiet siewja.” (1 Korintin 15:33) Meta tqattaʼ ħafna ħin maʼ nies li jgergru fuq kollox u huma sarkastiċi, l-attitudni negattiva tagħhom se teffettwak.

    Kif tkun realistiku: Il-ħbieb se jgħaddu minn żmien diffiċli, u għal xi żmien jaf ikunu negattivi f’ħajjithom. Agħmel li tistaʼ biex tgħinhom, imma tħallix il-problemi tagħhom jeffettwawk ħafna. “M’għandniex inqattgħu l-ħin tagħna biss maʼ nies li huma negattivi,” tgħid żagħżugħa jisimha Michelle. “Fil-maths, meta tgħodd żewġ numri fin-negattiv, se tispiċċa b’numru ikbar fin-negattiv.”

Aqra iktar dwar dan

Aħna qed ngħixu f’dak li l-Bibbja tiddeskrivih bħala “żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.” (2 Timotju 3:1) Issibha diffiċli biex tkun pożittiv f’dinja tant negattiva? Aqra “Will Suffering Ever End?”

Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

Emma

“Xi kultant meta naħseb b’mod negattiv, nikteb l-affarijiet pożittivi u negattivi dwar is-sitwazzjoni. Dan jgħinni biex inħares lejn is-sitwazzjoni minn angolu differenti. Spiss dejjem ikun hemm xi ħaġa pożittiva fis-sitwazzjoni għalkemm tkun tidher negattiva.”—Emma.

Jesse

“Meta nħossni negattiv, nara kif nistaʼ ngħin lil ħaddieħor. Ġesù qal li hemm iżjed ferħ f’li tagħti. Allura meta nagħti xi ħaġa lil oħrajn, ma noqgħodx nhewden fuq affarijiet negattivi.”—Jesse.

Reviżjoni: Kif nistaʼ nevita li naħseb ħażin?

Kun realistiku miegħek innifsek. Ipprova tejjeb lilek innifsek imma tistenniex li ħa tkun perfett.

Evita li tqabbel. Tiħux għalik meta ma tiġix mistieden għal xi ħaġa.

Żid il-paċi—speċjalment fil-familja. Tagħmilx il-problemi agħar milli huma, imma agħmel dak li tistaʼ biex iżżomm il-paċi.

Uri li tapprezza. Aċċetta l-problemi tiegħek, imma tinjorax dak kollu li għandek tajjeb f’ħajtek.

Aħseb fuq il-ħbieb li għandek. Qattaʼ l-ħin tiegħek maʼ nies li ma jħallux il-problemi tagħhom jikkontrollawhom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja