LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • hdu artiklu 6
  • Bini li Tlesta Qabel il-Pandemija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Bini li Tlesta Qabel il-Pandemija
  • Kif Jintużaw id-Donazzjonijiet Tiegħek?
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Proġetti għas-Sena taʼ Servizz 2021
  • Tistaʼ Tagħti mill-Ħin u l-Enerġija Tiegħek?
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
  • Xi Jsir f’Uffiċċju tal-Fergħa?
    Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
  • Xogħol taʼ bini li jonora lil Ġeħova
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
  • Kontribuzzjonijiet Għall-Appoġġ Tat-Tkabbir Tax-Xogħol Madwar Id-Dinja Tas-Soċjetà
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Ara Iżjed
Kif Jintużaw id-Donazzjonijiet Tiegħek?
hdu artiklu 6
Ħaddiema qed iwaħħlu tabella ġdida fil-fergħa tal-Kamerun.

KIF JINTUŻAW ID-DONAZZJONIJIET TIEGĦEK?

Bini li Tlesta Qabel il-Pandemija

1 TAʼ NOVEMBRU 2020

Minħabba li mijiet taʼ eluf qed jitgħammdu kull sena, għandna bżonn iżjed u iżjed bini biex jintuża mill-organizzazzjoni. Għalhekk, għas-sena taʼ servizz 2020, id-Dipartiment Lokali tal-Ippjanar u l-Kostruzzjoni pjana li jibni jew jirranġa iżjed minn 2,700 Sala tas-Saltna.a

Sfortunatament, minħabba l-pandemija tal-COVID-19 dawn il-pjanijiet twaqqfu. Il-Kumitat tal-Ippubblikar tal-Ġemgħa li Tiggverna ried li jipproteġi lill-aħwa u fl-istess ħin jobdi l-liġijiet li għamlu l-gvernijiet. Allura, waqqaf għal xi żmien il-proġetti li kienu qed isiru madwar id-dinja. Imma mill-bidu tas-sena taʼ servizz 2020 sakemm bdiet il-pandemija, kienu diġà tlestew 1,700 proġett. Iktar minn hekk, tlestew iżjed minn 100 proġett kbir f’fergħat differenti. Ara kif żewġ proġetti li tlestew għenu lill-aħwa.

Il-fergħa tal-Kamerun. Il-fergħa li kienet f’Douala, kienet żgħira ħafna u kellha bżonn ħafna xogħol. Il-Kumitat tal-Ippubblikar beda jikkunsidra biex jirranġa l-fergħa, imma kienet se tiswa ħafna iżjed flus biex jirranġa l-propjetà milli kemm tiswa l-propjetà. Huma raw ukoll jekk kienx possibbli li jibnu proprjetà ġdida jew jixtru u jirranġaw proprjetà oħra, imma l-ebda minnhom ma kienet possibbli.

L-aħwa saru jafu li fin-naħa taʼ fuq taʼ Douala, il-gvern kien qed jippjana biex jibni triq maġenb Sala tal-Assemblea. It-triq tkun tistaʼ tipprovdi aċċess aħjar u servizzi li l-fergħa jkollha bżonn. Dan kien eżatt li l-fergħa kellha bżonn. Għalhekk, il-Ġemgħa li Tiggverna ddeċidiet li tibni fergħa ġdida maġenb is-Sala tal-Assemblea.

Grupp taʼ Stampi: 1. Aħwa jieqfu għal ritratt waqt li qed ipoġġu l-briks. 2. Tlett aħwa jlestu biex jitfgħu l-konkos.

Aħwa jibnu l-fergħa l-ġdida tal-Kamerun

L-aħwa u l-kuntratturi ħadmu fuq il-proġett flimkien, u għalhekk frankaw il-ħin u l-flus. Fil-fatt, il-proġett ġie jiswa ħafna inqas milli stennew. Huma frankaw iżjed minn €1,500,000! Il-familja taʼ Betel setgħet tidħol fil-fergħa l-ġdida ftit qabel ma nfirxet ħafna l-pandemija.

Il-fergħa l-ġdida tal-Kamerun kif tidher minn fuq.

Il-fergħa tal-Kamerun tlestiet qabel il-pandemija tal-COVID-19

Il-Beteliti fil-Kamerun qed jieħdu pjaċir jgħixu u jaħdmu f’post aħjar. Huma jaraw il-fergħa l-ġdida bħala rigal mingħand Ġeħova. Koppja qalet, “Aħna rridu li naħdmu iktar u nuru kemm napprezzaw dan ir-rigal.”

Aħwa qed jaħdmu fl-uffiċċju l-ġdid qabel il-pandemija

L-Uffiċċju tat-Traduzzjoni taʼ Tojolabal (RTO), il-Messiku. Għal żmien twil, it-tim tat-traduzzjoni taʼ Tojolabal kien jaħdem fil-fergħa tal-Amerika Ċentrali, li tinsab viċin taʼ Mexico City. Imma l-maġġoranza tan-nies li jitkellmu l-lingwa Tojolabal jinstabu f’Altamirano u Las Margaritas. Dawn qegħdin kważi 1,000 kilometru ’l bogħod! B’hekk, dawk li kienu jaħdmu fit-traduzzjoni sabuha diffiċli biex jibqgħu up-to-date maʼ kif in-nies jitkellmu t-Tojolabal. U l-fergħa sabitha diffiċli biex issib aħwa kwalifikati fil-viċin biex jgħinu bit-traduzzjoni u bir-rekordings tat-Tojolabal.

Aħwa qed jaħdmu biex jagħmlu ġnien fl-RTO.

Aħwa jgħinu fil-bini tal-RTO

Għalhekk, il-Kumitat tal-Kitba tal-Ġemgħa li Tiggverna ried li jmexxi t-tim tat-traduzzjoni f’post fejn in-nies jitkellmu t-Tojolabal. Biex jagħmlu dan, il-fergħa ddeċidiet li jixtru u jirranġaw propjetà. Dan kien ħafna irħas milli jibnu jew jikru uffiċini.

L-RTO taʼ Tojolabal fil-Messiku.

Ħu li jaħdem fit-traduzzjoni jispjega kif dan kien t’għajnuna għalih. Hu qal: “Fl-għaxar snin li ħdimt fit-traduzzjoni, ma ltqajtx maʼ familja waħda li titkellem il-lingwa tiegħi. Issa l-uffiċċju tagħna qiegħed fejn in-nies jitkellmu t-Tojolabal. Kull jum nitkellem bit-Tojolabal m’oħrajn. Tgħallimt ħafna kliem ġdid u x-xogħol tiegħi qed isir ħafna aħjar.”

L-uffiċċju tat-traduzzjoni tat-Tojolabal kif kien qabel u wara

Proġetti għas-Sena taʼ Servizz 2021

Fis-sena taʼ servizz 2021, jekk ikun possibbli, hu ppjanat li jsir xogħol fuq 75 RTO u postijiet fejn isiru l-iskejjel teokratiċi. Ukoll, se nkomplu x-xogħol fuq tmien fergħat kbar. Dawn jinkludu l-proġett fil-kwartieri ġenerali f’Ramapo, New York, kif ukoll il-fergħat il-ġodda fl-Arġentina u l-Italja. Apparti minn hekk, għandna bżonn iżjed minn 1,000 Sala tas-Saltna ġdida, irridu nbiddlu iżjed minn 6,000 Sala tas-Saltna oħra għax m’għadhomx addattati, u għandna bżonn nirranġaw 4,000 oħra.

Grupp taʼ Stampi: Ċart li turi kemm għandna bżonn Swali tas-Saltna bħalissa u kemm se jkollna bżonn fil-futur. 1. Bżonn taʼ Swali tas-Saltna ġodda: 1,179; Postijiet għal-laqgħat li jridu jinbidlu: 1,367; Swali tas-Saltna li jridu jinbidlu: 4,672; Total: 7,218. 2. Swali tas-Saltna ġodda kull sena: 699; Jitranġaw Swali tas-Saltna kull sena: 2,028.

Minn fejn jiġu l-flus għal dan ix-xogħol kollu? Ħuna Lázaro González, membru tal-Kumitat tal-Fergħa tal-Amerika Ċentrali, wieġeb din il-mistoqsija meta kien qed jitkellem dwar il-proġett tal-RTO tat-Tojolabal. Hu qal “Mingħajr l-għajnuna tal-aħwa madwar id-dinja, il-fergħa tagħna ma tistax tibni uffiċċji tat-traduzzjoni għal lingwi f’postijiet rurali. Bid-donazzjonijiet tal-aħwa għamilha possibbli biex l-aħwa fit-traduzzjoni jkunu jistgħu jaħdmu fejn in-nies jitkellmu bil-lingwa tagħhom. Aħna nirringrazzjaw ħafna lill-aħwa madwar id-dinja għall-ġenerożità tagħhom.” Iva, dawn il-proġetti jistgħu jsiru grazzi għad-donazzjonijiet li tagħmlu għax-xogħol taʼ madwar id-dinja, li ħafna minnhom isiru minn donate.jw.org.

a Id-Dipartiment Lokali tal-Ippjanar u l-Kostruzzjoni jippjana u jibni s-Swali tas-Saltna fit-territorju tal-fergħa. Id-Dipartiment tal-Ippjanar u l-Kostruzzjoni Madwar id-Dinja fil-kwartieri ġenerali, jara liema proġetti għandhom isiru l-ewwel u jippjana kif se jsiru.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja