35 Hu tahom is-sengħa biex jagħmlu x-xogħol kollu taʼ min jirrakkma, taʼ min jinseġ bil-ħajt blu, bis-suf vjola, bil-ħajt aħmar jgħajjat, u bl-għażel fin, taʼ min jinseġ bin-newl, u kull tip taʼ xogħol. Dawn l-irġiel se jagħmlu kull tip taʼ xogħol u jippreparaw kull tip taʼ disinn.