29 Hu dendel lir-re t’Għaj maʼ zokk sa filgħaxija, u hekk kif ix-xemx kienet kważi niżlet, Ġożwè ta l-kmand biex iniżżlu l-ġisem mejjet minn maz-zokk. Imbagħad tefgħuh fid-daħla taʼ bieb il-belt u tefgħu fuqu borġ kbir ġebel, li għadu hemmhekk sal-lum.