9 Madankollu, Sawl u s-suldati tħassruh lil Agag u la qatlu lilu u lanqas l-aħjar nagħaġ, baqar, annimali msemmnin, u mtaten. Huma żammew kulma kien tajjeb u ma ridux jeqirduhom. Imma l-affarijiet kollha li ma kienu jiswew għal xejn u li ma riedhom ħadd, qerduhom għalkollox.