8 Għalhekk, David dakinhar qal: “Dawk li jattakkaw lill-Ġebusin għandhom jidħlu minn ġol-mina tal-ilma u joqtlu ‘liz-zopop u lil dawk li ma jarawx,’ li jien nobgħodhom.” Huwa għalhekk li jingħad: “Dawk li ma jarawx u z-zopop ma jidħlux f’dan il-post.”