4 Kien hu li neħħa l-postijiet għall-qima falza, kisser il-pilastri sagri, u qaċċat l-arblu sagru. Ukoll, hu farrak is-serp tar-ram li kien għamel Mosè. Għax sa dak iż-żmien l-Iżraelin kienu għadhom joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji lil dan l-idolu li kienu jgħidulu s-serp tar-ram.