5 Dawn huma t-tfal taʼ Ruben, l-ewwel imwieled t’Iżrael. Imma talli kellu x’jaqsam mal-konkubina taʼ missieru, id-dritt tiegħu bħala l-ewwel imwieled ingħata lit-tfal taʼ Ġużeppi bin Iżrael. B’hekk ma ġiex irreġistrat bħala l-ewwel imwieled fil-linja ġenealoġika tal-familja.