8 Ftit mill-Gadin marru man-naħa taʼ David fil-post taʼ protezzjoni fid-deżert. Dawn kienu gwerriera b’saħħithom, suldati ttrennjati għall-gwerra, u ppreparati bit-tarka l-kbira u l-lanza. Wiċċhom kien bħal tal-iljuni u kienu ħfief bħall-għażżiela fuq il-muntanji.