-
2 Kronaki 28:15Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
15 Imbagħad l-irġiel li ġew inkarigati ħadu lill-ilsiera u taw xi ħwejjeġ minn dak li ħadu lil dawk li kienu għarwenin. Għalhekk, libbsuhom, u tawhom is-sandlijiet, x’jieklu u x’jixorbu, u żejt għall-ġilda. Barra minn hekk, rikkbu lid-dgħajfin fuq il-ħmir u ħaduhom għand ħuthom f’Ġeriko, il-belt tas-siġar tal-palm. Imbagħad reġgħu lura s-Samarija.
-